Left arrow Mur Lura

IL-GVERN U L-KUMMISSJONI EWROPEA BDEW JIDDISKUTI L-PROGRAMM TA’ ĊITTADINANZA B’INVESTIMENT

pr140116
Date Icon 24/01/2014

Bdew id-diskussjonijiet bejn il-Gvern u l-Kummissjoni Ewropea dwar il-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment bil-Prim Ministru juri ottimiżmu dwar il-kwistjoni.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat tenna li l-Kummissjoni Ewropea ma għandha l-ebda bażi legali li fuqha tista’ taġixxi. Qal li hemm ir-rieda li ż-żewġ naħat jisimgħu lil xulxin u tajjeb li wieħed ma jantiċipa xejn. Dr. Muscat qal li jippreferi jara l-Kummissjoni Ewropea tagħmel bħalma għamlet fil-każ tal-Awstrija u ta’ Ċipru, li wara li semgħethom, qalet li mhix se tindaħal.

Il-Prim Ministru kien qed jitkellem waqt żjara li għamel fil-kwartieri tal-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew fejn radd ħajr lill-ħaddiema għal ħidma tagħhom.

Għaxar xhur ilu kien hemm r-riskji li jintilfu 200 miljun Ewro f’fondi Ewropej kaġun ta’ xogħol li ma sarx. Bi sforz tekniku, u bla ma kien hemm sforz politiku, l-fondi allokati ngħataw kollha.

Il-Prim Ministru elenka l-commitment tal-fondi Ewropej fosthom
- €3.5 miljun għal Master IT Scholarships fejn ibbenefikaw 430 persuna;
- €15.5 miljun ghal qasam tas-saħħa b’€3.6 miljun se jmorru għall-Isptar Ġenerali t’Għawdex;
- €3.4 miljun f’tagħmir għall-isptar Mater Dei biex isir screening;
- € 8,4 miljun għal bini sas-sena d-dieħla ta’ żewġ swali ġodda b’68 sodda fl-isptar Mater Dei;
-  €3.6 miljun għal Park tal-Avjazzjoni f’Ħal Safi; u
- €4.4 miljun għal Life Science Park.

Dwar il-ħdax-il miljun Ewro għall-programm Jeremie, li ħalla impatt pożittiv fuq l-ekonomija, il-Prim Ministru qal li dan se jiġi estiż biex minnu jibbenefikaw mitt intrapriża oħra.

Biż-żieda ta’ €2 miljun fil-fond tal-Employment Aid Programme se jkun hemm 300 persuna oħra ser ikunu qed jibbenefikaw b’impjieg f’Għawdex.

Mill-European Refugee Fund inkisbu €3.7 miljun oħra li se jintużaw biex jitjieb is-servizz marbut mal-wasla ta’ immigranti illegali f’pajjiżna.

Il-Prim Ministru kien akkumpanjat mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali Louis Grech u s-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u għall-Fondi Ewropej Dr Ian Borg.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow