Left arrow Go Back

KONFERENZA TAL-ISPEAKERS TAL-COMMONWEALTH, WELLINGTON, NEW ZEALAND

pr140112
Date Icon 24/01/2014

Fuq stedina tal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati ta’ New Zealand, l-Ispeaker Anġlu Farrugia u l-Iskrivan tal-Kamra, is-Sur Raymond Scicluna, attendew għat-22 Konferenza tal-Ispeakers tal- Commonwealth f’Wellington bejn il-21 u l-24 ta’ Jannar 2014.

Dawn il-konferenzi, li jinżammu fuq bażi biannwali, dejjem iservu ta’ opportunità fejn il-presidenti tal-kmamar rispettivi jisimgħu kif sfidi li huma komuni f’kull parlament jiġu indirizzati, bl-objettiv li filwaqt li jitgħallmu mill-iżbalji ta’ ħaddieħor, japplikaw dawk li huma jaraw bħala l-aħjar prattiċi fil-kuntest lokali tagħhom.

Il-Konferenza kienet maqsuma fuq tlett ijiem fejn ġew diskussi temi li jirrigwardaw kif parlament jista’ jkun eqreb tal-pubbliku; il-privileġġ parlamentari, l-isfidi li jiffaċċja parlament żgħir;  u t-trasparenza  fix-xogħol parlamentari.

L-Ispeaker Farrugia pparteċipa fid-diskussjoni dwar il-privileġġ parlamentari billi rrefera għall-bilanċ li jrid jintlaħaq bejn il-liberta’ li hemm bżonn li jkollu Membru biex iħossu liberu jressaq kwalunkwe matera quddiem l-ogħla Istituzzjoni tal-Pajjiż mingħajr biża ta’ xi azzjoni legali, u r-responsabbiltà li għandu jassumi l-istess Membru meta jeżerċita’ tali dritt.  Huwa stqarr li kien interessat ħafna fil-prattika mħaddma fil-Parlament ta’ New South Wales li tipprovdi rimedju għal dawk iċ-ċittadini, korporazzjonijiet  jew assoċjazzjonijiet li jħossu ruħhom aggravati b’xi indirizz li jkun sar fil-Parlament. (ara d-diskors anness)

Il-parteċipazzoni tal-Ispeaker Anġlu Farrugia kienet tikkonsisti wkoll fit-tmexxija tad-diskussjoni dwar it-trasparenza fix-xogħol parlamentari.  Fid-diskors introduttorju tiegħu huwa rrefera għal tliet miri li tpoġġi l-Assemblea Parlamentari tal-Commonwealth quddiem il-membri tagħha biex dawn dejjem aktar jilħqu l-aspettattivi u jiggwadanjaw il-fiduċja tal-elettorat fl-operat tagħhom.  Dawn huma  
1. iż-żamma ta’ standard għoli ta’ kontabilità u trasparenza fix-xogħol pubbliku u parlamentari minn kull Membru elett;
2. l-enforzar ta’ kodiċi ta’ etika; u
3. il-pubblikazzjoni tal-interessi finanzjari.                             (ara d-diskors anness)
Matul il-konferenza l-Ispeaker Farrugia attenda għall-laqgha tal-grupp li jirrappreżenta lir-reġjun tal-Mediterran u r-Renju Unit (gżejjer inklużi) (BIMR).  Waqt il-laqgħa huwa kkontesta l-fatt li r-rappreżentant ta’ dan ir-reġjun fuq il-Kumitat Permanenti tal-Konferenza tal-Ispeakers tal-Commonwealth kien dejjem qed ikun wieħed awtomatiku mir-rappreżentant tar-Renju Unit u li  ma kienx qed jitħalla spazju għal stati sovrani oħra, bħal Malta u Ċipru, biex jassumu dawn l-irwol.  Intlaħaq qbil bejn il-membri kollha tal-grupp li ghandha tinstab soluzjoni għal dan l-impasse.

Il-Konferenza ġiet fi tmiema nhar il-Ġimgħa, 24 ta’ Jannar b’numru ta’ kontribuzzjonijiet mill-ispeakers preżenti dwar kif il-membri parlamentari tal-parlamenti rispettivi tagħhom huma kontabbli lejn l-istituzzjoni, lejn il-partiti tagħhom imma fuq kollox lejn iċ-ċittadin.

Speeches:
pr140112a.pdfpr140112a.pdf
pr140112b.pdfpr140112b.pdf

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow