Left arrow Mur Lura

ĦIDMA TAL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN TA’ MALTA, TWASSAL FOST AFFARIJIET OĦRA GĦAL FTEHIM GĦAL ADDOZZJONIJIET TAT-TFAL MIS-SLOVAKKJA

pr140111
Date Icon 23/01/2014

Fis-Slovakkja, wara ħidma li saret mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ta’ Malta flimkien mal-Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali, ġie ffirmat memorandum of understanding għal addozzjonijiet tat-tfal mis-Slovakkja.  Il-ftehim ġie ffirmat bejn l-ambaxxatur Malti għas-Slovakkja Anthony Licari filwaqt li għan-naħa Slovakka, il-ftehim ġie ffirmat minn Andrea Cisarova, id-direttriċi taċ-ċentru għall-ħarsien legali internazzjonali tat-tfal u ż-żgħażagħ fir-Repubblika Slovakka.   

Fis-Slovakkja, il-Ministru għall-affarijiet barranin Dr George W. Vella li qiegħed jakkumpanja lill-President ta’ Malta l-E.T. Dr George Abela fiż-żjara statali fis-Slovakkja,  ffirma memorandum of understanding  mal-Ministru għall-affarijiet barranin tas-Slovakkja Miroslav Lajčák. 

Dan il-ftehim jipprovdi għal laqgħat regolari bejn iż-żewġ ministeri għall-affarijiet barranin, dwar suġġetti differenti li jkunu ta’ interess għaż-żewġ naħat biex b’hekk tinżamm konsultazzjoni regolari u tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi. 

Minbarra laqgħat oħra mal-President tar-repubblika Slovakka, l-Prim Ministru u l-ispeaker tal-kamra tar-rappreżentanti li fihom il-Ministru Vella akkumpanja lill-President Dr George Abela, Dr Vella kellu laqgħa bilaterali mal-Ministru tal-affarijiet barranin Slovakk.  F’din il-laqgħa giet diskussa fost affarijiet oħra, l-organizazzjoni tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea fejn is-Slovakkja se tkun bil-presidenza fis-sitt xhur ta’ qabel ma jmissu pajjiżna. 

Waqt il-laqgħa ġew diskussi problemi bilaterali fi ħdan l-UE fosthom il-kwistjon tal-Eastern Partnership b’mod partikolari l-każ tal-Ukrajna. Fuq talba tal-Ministru Slovakk, giet diskussa wkoll l-Afrika ta’ Fuq, b’mod partikolari s-sitwazzjoni fil-Libja.

Il-Ministri ftehmu li minbarra l-laqgħat regolari li jkollhom kull xahar fi ħdan il-kunsill tal-ministri tal-affarijiet barranin, isibu l-ħin biex jitrattaw aktar fil-fond suġġetti ta’ interess komuni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow