GVERN KOMMESS GĦALL-PROĊESS TA’ AKKWIST PUBBLIKU AKTAR TRASPARENTI U EFFETTIV
Il-Ministru għall-Finanzi l-Prof. Edward Scicluna enfasizza li l-Gvern huwa kommess li jikseb proċess ta’ akkwist pubbliku li jkun trasparenti, effiċjenti u kontabbli, u jnaqqas in-numru ta’ appelli permezz ta’ komunikazzjoni u għarfien. Dan se jnaqqas l-ispejjeż burokratiċi u amministrattivi fuq l-industrija.
Il-Prof. Scicluna kien qiegħed jitkellem waqt konferenza stampa li saret fl-uffiċċji tal-Bord ta’ Reviżjoni tal-Kuntratti Pubbliċi (PCRB) fil-Furjana nhar il-Ħamis 23 ta’ Jannar 2014, fejn kien ippreżentat b'Rapport ta’ Kontabilita` għall-Bord ta’ Reviżjoni tal-Kuntratti Pubbliċi li ddettalja il-ħidma mwettqa mill-PCRB matul l-2013.
Waqt li indirizza l-media, il-Prof. Scicluna laqa’ l-ħidma li qed titwettaq mill-bord attwali, li ġie maħtur fl-1 ta’ Lulju tal-2013.
“Għandi l-pjaċir ngħid li l-Bord il-ġdid ta’ Reviżjoni tal-Kuntratti Pubbliċi kien f'pożizzjoni li, matul it-tieni nofs tal-2013, effettivament irdoppja r-rata tal-ħidma tal-Bord filwaqt li naqqas wkoll l-ispejjeż amministrattivi, u drastikament tejjeb l-komunikazzjoni mal-Bord tal-Kuntratti,” qal il-Prof. Edward Scicluna.
Akkumpanjat miċ-Chairman tal-PCRB Dr Anthony Cassar, il-Prof. Scicluna qal li sa ftit ilu, il-Kummissjoni Ewropea kienet wissiet lil Malta li l-proċess ta’ akkwist pubbliku tal-pajjiż kien fost l-itwal fl-Unjoni Ewropea. Il-Prof. Scicluna rrimarka wkoll li l-proċess ta’ akkwist twil ħafna poġġa fil-periklu il-finanzjament tal-UE għall-Malta għall-perjodu 2007-2015.
“Il-Gvern il-ġdid huwa kommess sabiex jagħmel l-akkwist pubbliku aktar trasparenti, kontabbli u effiċjenti. Għandi l-pjaċir ngħid li l-akbar titjib irreġistrat s'issa kien titjib fil-komunikazzjoni li preċedentement kien assenti bejn id-Dipartiment tal-Kuntratti Pubbliċi u l-PCRB.”
“Issa hemm komunikazzjoni tajba u koperazzjoni qawwija. Dan huwa essenzjali fil-kisba tal-mira tal-Gvern biex inaqqas in-numru ta’ appelli permezz ta’ komunikazzjoni aħjar, għarfien, u l-fehim, tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku u r-rekwiżiti,” qal il-Prof. Scicluna.
Matul l-indirizz tiegħu, Dr Cassar spjega kif fl-aħħar sitt xhur tal-2013, il-Bord il-ġdid rnexxielu kważi jelimina l-ammont ta’ każjieti li wiret, u tniżżlu minn 46 każijiet pendenti, għal 12 biss.
Hu qal ukoll li l-PCRB il-ġdid irdoppja n-numru ta’ seduti li nstemgħu matul il-perjodu (minn 49 għall-88).
Huwa żied li l-ispiża medja għal kull smigħ niżlet bin-nofs, minn €1,638 għal biss €689, u li l-Kontribuzzjoni Netta medja ta’ kull smigħ żdiedet minn €144 matul l-ewwel sitt xhur, għal €578 matul it-tieni sitt xhur.
“Għall-konferenza stampa attendew ukoll il-Membri tal-Bord tal-PCRB Dr Charles Cassar, is-Sur Richard Matrenza, is-Sur Lawrence Ancilleri u s-Sur Carmel Esposito, kif ukoll d-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Kuntratti, is-Sur Anthony Cachia.”
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en