PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI RIGWARD L-INTERREG EUROPE PROGRAMME 2014-2020
“Kull minn hu interessat f’dan il-programm ta’ finanzjament Ewropej huwa mħeġġeġ li jibgħat il-kummenti u l-proposti tiegħu fuq l-implimentazzjoni tal-INTERREG EUROPE Programme għall-perjodu 2014-2020 sa mhux aktar tard mill-21 ta’ Marzu 2014.” Dan qalu is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Ian Borg waqt li kien qiegħed jindirizza konferenza organizzata mill-Fondazzjoni Temi Zammit b’kollaborazzjoni mal-Malta Enterprise. Waqt din il-konferenza ġie imniedi il-proġett intitolat ‘Boosting European Digital Games Industry’ li bbenefika minn madwar €85,000 taħt il-programm INTERREG EUROPE.
Dott.Borg qal li l-għan ta’ dan il-programm huwa li jagħti l-għajnuna neċċessarja lill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll lin-Norveġja u l-iSvizzera ħalli jfasslu politika aħjar f’diversi oqsma differenti fosthom l-innovazzjoni u l-ambjent. Dan billi jittieħdu diversi inizjattivi sabiex il-pajjżi konċernati jaqsmu l-esperjenzi tagħhom fliemkien ħalli jipproponu b’mod konkrett titjieb fil-livell tal-politika f’pajjiżhom.
Għall-programm finanzjarju 2014-2020 l-INTERREG EUROPE għandu budget ta’ €359 miljun, li ser ikun iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. Is-Segretarju Parlamentari qal li fil-każ ta’ Malta, id-Diviżjoni għall-Fondi u l-Programmi se tjun qed tikkordina il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżna f’dan il-programm partikolari.
Dott. Borg qal li f’dinja li qed tipromwovi tibdiliet teknoloġici b’mod mgħaġġel, proġetti bħal dawn jgħinu sabiex jiġu esplorati ideat innovattivi anke f’setturi relattivament ġodda għal pajjiżna.
Għal aktar informazzjoni dwar il-proċess ta’ konsultazzjoni wieħed għandu jaċessa is-sit http://www.interreg4c.eu/interreg-europe/public-consultation/.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en