Left arrow Mur Lura

IMFAKKRA L-BIDU TAS-SENA L-ĠDIDA FIL-KALENDARJU ĊINIŻ

pr140101
Date Icon 22/01/2014

Iċ-Ċentru Kulturali Ċiniż flimkien mal-Ambaxxata Ċiniża għal Malta u d-Dipartiment tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu fakkru l-bidu tas-sena l-ġdida fil-kalendarju Ċiniż magħrufa aħjar bħala l-festival tar-rebbiegħa.

F’attività soċjali li ttellgħet f’lukanda f’Ħ’Attard u li għaliha kienu preżenti numru sabiħ ta’ persuni li jagħmlu parti mill-komunità Ċiniża f’Malta, il-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella tkellem dwar ir-relazzjonijiet b’saħħithom li dejjem eżistew bejn Malta u ċ-Ċina.

Karmenu Vella semma’ kif sa mill-bidu nett, iċ-Ċina tat assistenza lil Malta f’diversi setturi fosthom f’dak ekonomiku, biż-żewġ pajjiżi maż-żmien komplew ikattru u jiżviluppaw ir-relazzjonijiet bilaterali fuq livell politiku u issa anke fuq livell kulturali.

Il-Ministru Vella fisser kif din hija l-ewwel minn sensiela ta’ attivitajiet li ċ-Ċentru Kultura Ċiniż u l-Ambaxxata Ċiniża se jkunu qed itellgħu din is-sena u li minnha nnifisha qed tkompli ssaħħaħ ir-rabtiet bejn iż-żewġ naħat.

Is-serata kienet tinkludi żfin u ikel tipiku Ċiniż filwaqt li kienu esegwiti wkoll l-innijiet nazzjonali taċ-Ċina u ta’ Malta rispettivament.

Preżenti kien hemm l-Ambaxxatur Ċiniż għal Malta l-E.T. Cai Jinbiao.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow