IL-PRESIDENT ABELA JŻUR L-AMBAXXATA TA' MALTA FI VIENNA
Waqt iż-Żjara Statali li l-E.T. il-President tar-Repubblika ta' Malta Dr. George Abela qed jagħmel fl-Awstrija, żar l-Ambaxxata ta' Malta fejn kien milqugħ mill-komunità Maltija li kienu mistiedna għal din l-okkażjoni.
L-Ambaxxatur Keith Azzopardi ta merħba lill-President ta' Malta kif ukoll introduċieh mal-impjegati tal-Ambaxxata. Waqt li tenna l-apprezzament tiegħu għal din iż-żjara, l-Ambaxxatur Azzopardi ta rendikont tax-xogħol li jsir, b'mod partikolari tal-ħidma kurrenti, kemm fil-qasam bilaterali kif ukoll f'dak multilaterali, mill-Ambaxxata fi Vienna.
Il-President ta' Malta kellu wkoll l-opportunità li jiltaqa' u jitkellem mal-Maltin li jgħixu fl-Awstrija.
Preżenti għal din iż-żjara kien hemm ukoll il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr George W. Vella u s-sinjura tiegħu Mrs. Vella.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en