TALBA GĦAL PROPOSTI MILL-PRIVAT GĦALL-UNITS ĠODDA TA’ HOUSING SOĊJALI
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Marie-Louise Coleiro Preca ħabbret li minn għada l-Gvern se jilqa’ proposti mill-privat għall-units ġodda ta’ housing soċjali.
Spjegat li permezz ta’ din it-Talba għal Proposti, il-Gvern qed jagħti lok lill-privat ikun kreattiv u jressaq il-proposti tiegħu ’l quddiem.
‘Dan huwa l-mod innovattiv li bih irridu nimxu f’dan il-qasam’, qalet il-Ministru Coleiro Preca. Qalet li bħalissa hemm 3,300 applikant jistennew akkomodazzjoni soċjali.
Għalhekk li din it-talba se tkun tevalwa diversi possibbiltajiet f’dan il-qasam fosthom:
i) ir-riġenerazzjoni ta’ żoni urbani u housing units eżistenti;
ii) żvilupp ta’ art flimkien mal-privat bil-għan li jinbnew akkomodazzjonijiet affordabbli;
iii) identifikazzjoni ta’ units li huma vjota u li jistgħu jiġu utilizzati.
Il-Ministru Coleiro Preca qalet li proposti għall-kiri mhux se jiġu ikkunsidrati.
It-Talba għal Proposti se tibqa’ miftuha sal-21 ta’ Frar 2014.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en