Left arrow Mur Lura

RIŻULTATI AĦJAR FIT-TURIŻMU GĦAX-XHUR TAX-XITWA

pr140090
Date Icon 20/01/2014

Il-qasam turistiku u l-pjani tal-gvern ġew diskussi f’laqgħa bejn il-Prim Ministru u l-kunsill il-ġdid tal-Malta Hotels and Restaurants Association.

Fil-laqgħa l-Prim Ministru rrefera għaż-żieda fl-operaturi tal-linji tal-ajru li dis-sena se jibdew jaħdmu lejn Malta kif ukoll għall-importanza li l-gvern qed jagħti lill-konnettività lejn pajjiżna.

Dr Muscat qal li l-gvern se jżid l-emfasi li qed jagħmel fuq l-indafa fil-pajjiż speċjalment f’postijiet fejn il-kunsilli lokali jew ma għandhomx biżżejjed riżorsi inkella ngħelbu mis-sitwazzjoni.

Il-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella rrefera għad-diskussjonijiet li qed isiru mal-MHRA dwar l-stock tas-soddod għas-snin li ġejjin u għall-ħtieġa li tiżdied l-aċċessibiltà lejn Malta u li din titwal fix-xhur xitwin.

Il-President tal-MHRA, is-sur Paul Bugeja, qal li l-ewwel tliet xhur ta’ dis-sena jindikaw titjib għal qasam turistiku mis-snin l-imgħoddija. Waqt li rrefera għal-laqgħat li l-MHRA qed ikollha ma’ diversi ministeri, s-sur Bugeja saħaq dwar il-ħtieġa li t-turiżmu ma jkunx biss imsejjes fuq in-numri iżda anke fuq il-kwalità.

Huwa qajjem ukoll l-isfida ta’ ċertu rotot tal-AirMalta bħal dik ta’ Milan għax sostna li din torbot mal-istaġjonalità tal-konferenzi minn dan is-suq. Qal li l-MHRA hija konvinta li flimkien u b’rieda tajba l-isfidi fit-turiżmu se jingħelbu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow