Left arrow Mur Lura

IT-TFAL HUMA L-ĠAWHAR TA’ PAJJIŻNA

pr140087
Date Icon 20/01/2014

It-tfal Maltin u Għawdxin huma l-ġawhar ta’ pajjiżna. Sostsniet dan il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali, Marie-Louise Coleiro Preca waqt il-ftuħ ta’ esebizzjoni fotografika bit-tema ‘The Baby Factor’ mtella’ mill-Assoċjazzjoni tal-Malta Girl Guides bil-kollaborazzjoni tal-Aġenzija Żgħażagħ.

Il-Ministru Coleiro Preca faħħret din l-inizzjativa li permezz tal-fotografija qed titqajjem kuxjenza soċjali dwar l-oqsma li għandhom x’jaqsmu magħhom it-tfal.

Hija qalet li s-soċjeta’ għandha l-obbligu li twieżen it-tfal kollha bħala ċittadini ta’ dan il-pajjiż.

Il-Ministru Coleiro Preca sostniet li pajjiżna huwa mogħni b’valuri b’saħħithom f’dak li għandu x’jaqsam mat-trobbija tat-tfal iżda xorta jeżistu sitwazzjonijiet fejn numru ta’ tfal qed jingħataw il-ġenb.

Żiedet tgħid li preżentament hawn madwar sitt mitt tifel u tifla f’out-of-home care u irringrazzjat lil kull min jaħdem ma’ dawn it-tfal b’mod partikolari l-foster parents li jagħtu ambjent ta’ familja lil dawn it-tfal.

L-esebizzjoni hija riżultat ta’ proġett li nħadem bejn membri tal-Malta Girl Guides flimkien ma’ oħrajn fin-Niġerja.

Din l-esebizzjoni se jdum miftuħa fil-bini tal-Ministeru, l-Belt Valletta sa nhar is-Sibt 25 ta’ Jannar f’nofsinhar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow