Left arrow Mur Lura

L-ISPEAKER TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI JATTENDI GĦALL-KONFERENZA TAL-ISPEAKERS TAL-COMMONWEALTH

pr140085
Date Icon 19/01/2014

Fuq stedina tal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati ta’ New Zealand, l-Ispeaker Anġlu Farrugia u l-Iskrivan tal-Kamra, is-Sur Raymond Scicluna, se jkunu qed jattendu għall-Konferenza tal-Ispeakers tal-Parlamenti nazzjonali fil-pajjiżi tal-Commonwealth li se ssir f’Wellington, New Zealand bejn il-21 u l-24 ta’ Jannar 2014.

It-temi li se jiġu ttrattati huma kif parlament jista’ jkun eqreb tal-pubbliku; il-privileġġ parlamentari; l-isfidi li jiffaċċja parlament żgħir;  u t-trasparenza  fix-xogħol parlamentari.  L-Ispeaker Farrugia se jkun qed imexxi d-diskussjoni dwar ir-raba’ tema.  


Id-delegazzjoni se tieħu din l-opportunità biex waqt din iż-żjara, tiltaqa’ ma’ delegazzjoni mill-Parlament ta’ New South Wales.  Il-materji li għandhom jiġu diskussi f’din il-laqgħa huma tnejn: is-sistema tal-petizzjonijiet u dwar kif dan il-Parlament iħaddem il-proċess marbut mal-etika u l-kondotta tal-Membri, suġġett li bħalissa qiegħed jiġi kkonsidrat fil-Parlament Malti mill-Kumitat Magħżul dwar it-twaqqif ta’ Kummissarju u ta’ Kumitat Permanenti dwar l-istandards, l-etika u l-imġiba xierqa fil-ħajja pubblika.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow