Left arrow Go Back

Summit Dinji tal-Kultura u l-Arti ser isir f’Malta - Is-Segretarju Parlamentari għall-Kultura Jose’ Herrera jiddikjara ‘l-impenn sħiħ’ tiegħu

pr140084mt
Date Icon 18/01/2014

Il-Kunsill Malti Għall-Kultura u l-Arti ser ikun qed jorganizza is-seba’ Summit Dinji għall-Kultura u l-Arti li se jsir ġewwa l-Belt Valletta f’Ottubru tal-2016.

Dan is-Summit Dinji – li  se jiġi organizzat flimkien mal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kunsilli tal-Arti u Aġenziji Kulturali (IFACCA) – mistenni jilqa’ madwar 500 delegat minn 80 pajjiż sabiex jiddiskutu l-aktar kwistjonijiet importanti fl-arti. Is-Summit - li ser isir qabel il-Presidenza ta’ Malta tal-UE fl-2017 u tal-Belt Valletta bħala Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018, se jħabbar perjodu eċitanti għal kull min hu nvolut fix-xena kulturali u artistika Maltija u internazzjonali. 

Dan tħabbar fi tmiem is-sitt Summit Dinji għall-Arti u l-Kultura f’ Santiago de Chile, miċ-chair tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kunsilli tal-Arti u Aġenziji Kulturali (IFACCA) Alan Davey. 

L-applikazzjoni ta’ Malta ġiet sottomessa fil-bidu tas-sena l-oħra mill-Kunsill Malti Għall-Kultura u l-Arti (KMKA) u ġiet magħżula mill-bord tal-IFACCA skond il-kriterji tal-għażla ppubblikati.

IL-KMKA ser ikun qed jipproduċi dan l-avveniment kulturali kbir bil-koperazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari għall-Kultura. 

“F’mument bħal dan, meta pajjiżi qed jiġi fdat b’avveniment prestiġjuż bħalma huwa s-Summit tal-IFACCA għall-Kultura u l-Arti, niddikjara l-impenn sħiħ tiegħi,” qal is-Segretarju Parlamentari għall-Kultura Jose’ Herrera, li kien preżenti għat-tħabbira. “Jiena ser nassigura li pajjiżi – il-belt tiegħi – se jisfrutta l-benefiċċji kollha li jospita dan l-inkontru. Li tesponi artisti Maltin għall-influwenzi globali, networking u skambju ta’ ideat hija xi ħaġa li tista’ tkun biss ta’ ġid. Għall-artisti Maltin, li jirbħu d-dritt li jospitaw is-Summit tal-2016 huwa l-ekwivalenti li jospitaw l-Olimpijadi.”

Huwa kompla: “Li tiltaqa’ u taħdem ma’ nies differenti minn pajjiżi differenti żgur li ser tkun ċelebrazzjoni speċjali – festa ta’ arti, ftehim, kultura u kollaborazzjoni.”

F’kumment dwar is-Summit, Albert Marshall, iċ-chair tal-KMKA, żied: “Il-KMKA iħoss bżonn urġenti li jaħdem mal-komunita’ internazzjonali fuq ideat innovattivi u progressivi dwar l-immaniġġjar tal-kultivazzjoni ta’ kunċetti relatati mal-industriji kulturali u kreattivi bħala parti mill-politika kulturali nazzjonali tagħna – dan huwa diskors relattivament ġdid għall-komunita’ artistika u amministraturi kulturali Maltin.”

Is-sur Marshall żied igħid li “l-esperjenza tal-IFACCA mhux biss ser tkun f’waqtha iżda wkoll punt ta’ riferiment importanti filwaqt li naħdmu biex nindirizzaw il-kwistjoni urġenti li ser tiddetermina il-politika ta’ tmexxija kulturali futura tagħna.”

F’dawn l-aħħar snin, il-Belt Valletta, sit ta’ wirt dinji tal-UNESCO, saret il-kapitali artistika tal-pajjiż: infetħu spazji ġodda li qed joħolqu sinerġiji eċitanti bejn il-wirt kulturali għani tal-kapitali u l-arti kontemporanja. 

Is-Summit Dinji ser isir f’Dar il-Mediterran ġewwa il-Belt Valletta, bini tas-seklu sittax li oriġinarjament kien is-Sacra Infermeria jew sptar tal-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann. Ir-restawr innovattiv u sensittiv rebaħ tifħir internazzjonali bil-premju Europa Nostra għas-sinerġija bejn l-arkitettura antika u t-teknoloġija moderna. 

Għal tlitt ijiem, kunsilli nazzjonali tal-arti, ministeri tal-kultura, mexxejja u policy makers tal-arti u l-kultura u artisti minn madwar id-dinja ser jagħmlu skambju ta’ esperjenzi u ideat fuq kwistjonijiet vitali li jeffettwaw l-appoġġ pubbliku għall-arti u l-kreattivita’ fuq livell nazzjonali u globali. 

Summits preċedenti saru f’Ottawa fil-Kanada (2000), Singapore (2003), Newcastle Gateshead, l-Ingilterra (2006), Johannesburg, fl-Afrika t’Isfel (2009) u Melbourne l-Awstralja (2011). Is-sitt Summit Dinji għadu kif wasal fi tmiemu f’Santiago, Chile (2014).

IFACCA hija n-network dinjija ta’ aġenziji ta’ fondi nazzjonali għall-arti dedikata għat-titjib tal-prattiċi fl-iżvilupp tal-politika tal-arti u l-kultura, fondi tal-arti, żvilupp tal-udjenzi u aċċess pubbliku għall-arti. 

http://youtu.be/uYP6xvNbDnE

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow