ĠBIR TAL-KOTBA TAL-CARNET DE CHASSE BEJN IS-SIBT 1 TA’ FRAR SAL-ĦAMIS 13 TA’ FRAR 2014
Permezz tar-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (L.S. 504.71), il-Wild Birds Regulation Unit qed titlob lill-kaċċaturi u n-nassaba liċenzjati kollha sabiex jirritornaw il-kotba tal-Carnet de Chasse 2013-2014 fi kwalunkwe fergħa tal-MaltaPost minn nhar is-Sibt 1 ta’ Frar sal-Ħamis 13 ta’ Frar 2014 (iż-żewġ dati inklużi), fil-ħinijet tal-uffiċju tal-MaltaPost.
Apparti li trid timtela l-formola tal-applikazzjoni għall-Carnet de Chasse 2014-2015, il-karta tal-identità tal-persuna liċenzjata trid tiġi ppreżentata lill-uffiċjali tal-MaltaPost. Min ser jirritorna l-Carnet de Chasse f’isem il-persuna liċenzjata għandu jippreżenta kemm il-karta tal-identità tiegħu kif ukoll dik tal-persuna liċenzjata.
Persuni liċenzjati huma mfakkra li l-ġbir tal-kotba tal-Carnet de Chasse huwa obbligu legali. Bis-setgħat ta’ Skeda VIII tar-Regolamenti imsemmija hawn fuq, min ma jirritornax il-Carnet de Chasse fiż-żmien stipulat (sat-13 ta’ Frar 2014) jeħel multa ta’ €50, liema multa tiżdied b’€20 għal kull ġimgħa li ma jiġix irritornat il-ktieb, sa massimu ta’ €300. Il-liċenzji ma jiġġeddux qabel ma jiġi rritornat il-Carnet de Chasse u jitħallsu l-multi pendenti.
Min tilef il-ktieb tal-Carnet de Chasse għandu jirrapporta dan lill-Wild Birds Regulation Unit, Casa Leoni, Triq il-Kbira San Ġużepp, Sta Venera (faċċata tal-iskola Umberto Colosso) waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju fl-istess dati indikati fuq (sat-13 ta’ Frar 2014).
Wara li jinġabru l-kotba tal-Carnet de Chasse 2013/14 il-Wild Birds Regulation Unit tqassam dawk ġodda li jkopru il-perjodu 2014/15.
Mistoqsijiet relatati mal-ġbir tal-Carnet de Chasse għandhom jiġu indirizzati lill-Wild Birds Regulation Unit permezz ta’ email wildbirds@gov.mt, bit-telefon fuq 23886214 jew billi wieħed jasal wasla sal-uffiċċju tal-WBRU fil-ħinijiet tal-uffiċċju f’Casa Leoni, Triq il-Kbira San Ġużepp, Sta Venera (faċċata tal-iskola Umberto Colosso).
Il-Formola tal-Applikazzjoni tista’ titniżżel mis-sit elettroniku tal-Wild Birds Regulation Unit: http://msdec.gov.mt/en/Pages/WBRU/News.aspx
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en