Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI MERCIECA JŻUR ANZJANA LI GĦALQET 100 SENA

pr140060
Date Icon 15/01/2014

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Franco Mercieca żar dalgħodu lis-Sinjura Francesca Zahra li proprju llum għalqet 100 sena. Il-laqgħa saret fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul fil-preżenza ta’ wliedha, bosta qraba u ħbieb fejn aktar tard saret ukoll quddiesa ta’ radd il-ħajr.

Matul il-laqgħa tiegħu mas-Sinjura Zahra, is-Segretarju Parlamentari Mercieca ppreżentalha bukkett tal-fjuri u tifkira speċjali maħduma mill-Active Ageing Unit tar-Residenza San Vincenz de Paul.

 F’kelmtejn tal-okkażjoni, is-Segretarju Parlamentari Dr Mercieca faħħar l-impenn u d-dedikazzjoni li juru ma’ ommhom il-qraba tas-Sinjura Zahra u ħeġġeġ qraba ta’ residenti oħrajn biex ma jinsewx lill-anzjani tagħhom u jżuruhom kemm jistgħu u mhux biss f’okkażjonijiet speċjali.

Is-Sinjura Fenech ilha residenta f’din ir-residenza għal dawn l-aħħar seba’ snin.

Preżenti għal din l-okkażjoni kien hemm ukoll il-Membru Parlamentari Anthony Agius Decelis u l-Kap Eżekuttiv tar-Residenza San Vinċenz de Paul, Dr Josianne Cutajar li ppreżentawlha tifkiriet speċjali f’għeluq sninha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow