Left arrow Mur Lura

MIN IĦARES IS-SIĠAR ITEJJEB IL-KWALITA’ TAL-ĦAJJA TAĊ-ĊITTADINI MALTIN U GĦAWDXIN

pr140059
Date Icon 15/01/2014

Dalgħodu l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat attenda attivita’ organizzata minn Nature Trust (Malta) biex ġie mfakkar Jum is-Siġar, fejn inżergħu palm tal-ġummar qrib il-picnic area ġdida inawgurata ftit tal-jiem ilu fi Xrobb l-Għaġin.

F’diskors li għamel il-Ministru Leo Brincat qal li min f’pajjiżna jħares is-siġar ikun qed itejjeb il-kwalita’ tal-ħajja taċ-ċittadini Maltin u Ġħawdxin.

Huwa qal lis-sehem ta’ 90 student minn disa’ skejjel differenti  waqt din l-attivita’ u bl-isponsorship mgħoti mill-Bank of Valletta ser ikollna 200 siġra ġdida f’post li jista’ jitgawda minn kulħadd. B’dan il-mod qal il-Ministru Brincat qed jintbgħat sinjal pożittiv biex is-siġar ma jitħallewx jispiċċaw qishom ġojjelli ‘iltiema’.

Il-Ministru Leo Brincat qal li huwa dmir ta’ kull korporazzjoni, entita’, kunsill lokali u membri tas-soċjeta’ ċivili li jadottaw l-istess attitudni pożittiva.

Saħaq li l-importanza li jkollna aktar siġar indiġeni qegħda dejjem tikber. Qal li speċi ta’ siġar li ma jmorrux tajjeb mal-klima tagħna mhux biss jagħmlu ħsara lill-ambjent iżda wkoll b’mod indirett iħallu effett fuq l-ekonomija. Dwar dan hemm ukoll għarfien fuq livell ta’ Unjoni Ewropea u kienet kwistjoni li ġiet diskussa f’laqgħa tal-Ministri li saret fi Brussell fi tmiem is-sena li għaddiet.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow