Left arrow Mur Lura

TWEĠIBA POŻITTIVA GĦALL-PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI DWAR L-EKONOMIJA L-ĦADRA U L-GREEN JOBS

pr140055
Date Icon 15/01/2014

Dalgħodu l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima Leo Brincat ġie ppreżentat bi proposti dwar l-Ekonomija l-Ħadra mressqa mill-Malta Business Bureau u mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti, MHRA.

Il-Ministru Leo Brincat qal li huwa ta’ sodisfazzjon li wieħed jinnota t-tweġiba pożittiva li kien hemm mill-istakeholders  fil-proċess ta’ konsultazzjoni  għall-istrateġija dwar l-Ekonomija l-Ħadra, li tinkludi l-green jobs. Dan il-proċess ġie mniedi xagħrejn ilu.

Il-Ministru Brincat qal liċ-Chairperson tal-core group li qed imexxi l-istrateġija tal-Ekonomija l-Ħadra u l-Green Jobs rċieva sottomissjonijiet kemm mill-membri tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Socjali u Ekonomiku  l-MCESD, minn diversi faxex tas-settur privat, minn eNGOs u anke minn entitajiet governattivi u individwi.

Spjega li permezz ta’ evalwazzjoni fuq livell inter-ministerjali se jiġu identifikati dawk is-setturi li l-aktar jistgħu jikkontribwixxu b’mod proattiv għat-tkabbir tal-Ekonomija l-Ħadra.

Il-Ministru Leo Brincat spjega li qed isiru studji mill-ETC u l-NSO f’dan ir-rigward. Aktar minn hekk kemm il-membri tal-MCESD u l-awtoritajiet governattivi diġà nnominaw rappreżentanti biex jieħdu sehem f’taħdidiet dwar il-miżuri proposti u l-impatt pożittiv li jistgħu jkollhom fuq pajjiżna.

Finalment il-Ministru Brincat radd ħajr lil kull min ta sehmu fil-proċess ta’ konsultazzjoni, fl-istesswaqt ħeġġeġ lil dawk l-entitajiet u eNGOs li għadhom ma għamlux dan biex jibagħtu s-sottomissjonijiet tagħhom fil-ġejjieni qarib.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow