Left arrow Mur Lura

ŻIEDA MEDJA TA’ 19-IL IMPJIEG FULL-TIME KULJUM

pr140051
Date Icon 14/01/2014

Il-pjan realistiku tal-Gvern għall-ħolqien tal-impjiegi ikompli jħalli l-frott tiegħu. L-istatistika qed turi b’mod evidenti li s-settur privat huwa inċentivat li joħloq aktar xogħol b’kundizzjonijiet li jippremjaw il-bżulija u l-ħiliet tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin.

L-aħħar ċifri tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ juru li f’Awwissu 2013 in-numru ta’ impjiegi full-time laħqu l-157,730, żieda ta’ kważi 4,000 meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena li għaddiet. Dan ifisser li, kemm ilu li ġie elett Gvern ġdid, l-impjiegi full time żdiedu b’medja ta’ 19 kuljum.

Quddiem dawn ir-riżultati, l-Oppożizzjoni qed tgħid li x-xogħol żdied taħt Gvern ġdid minħabba impjiegi fis-settur pubbliku. Dan huwa fattwalment skorrett. Iċ-ċifri juru li miż-żieda ta’ 1060 impjieg fis-settur pubbliku, 710 impjiegi kienu ngħataw bejn Novembru 2012 u Frar 2013. Iġifieri fl-eqqel tal-kriżi politika u ftit ġimgħat qabel l-elezzjoni ġenerali.

F’Jannar 2013 biss, malli bdiet il-kampanja elettorali b’mod uffiċjali, żdiedu 559 impjieg full time fis-settur pubbliku. Dan ifisser li, f’dak il-perjodu, l-Gvern preċedenti daħħal 7 min-nies full time kuljum fis-settur pubbliku waqt li kien caretaker.

B’differenza milli qed tgħid l-Oppożizzjoni, l-impjiegi taħt din l-amministrazzjoni qed jiżdiedu mis-settur privat. L-istatistika tikkonferma li, f’Awwissu 2013 biss, ir-rata ta’ ħolqien ta’ xogħol fil-privat kienet kważi seba’ darbiet iktar mis-sena ta’ qabel. Filwaqt li bejn Lulju u Awwissu 2013 żdiedu 186 impjiegi full time mal-privat, fl-istess żmien tas-sena ta’ qabel, iż-żieda kienet biss ta’ 28.

Malta għandha issa t-tielet l-ikbar żieda fl-impjiegi fi ħdan l-Unjoni Ewropea kollha u llum hemm numru rekord ta’ nies b’impjieg. Ir-rieda tal-Gvern se tibqa li joħloq il-klima addattata biex is-settur privat, bħala l-katalist għall-ħolqien tax-xogħol, joħloq aktar investiment u opportunitajiet għall-ħaddiema tagħna. B’hekk jista jinħoloq il-ġid li jrid jitqassam b’mod ġust.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow