STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-KONSERVAZZJONI TAL-ILMA - Il-Prezzijiet tal-Fuels żdiedu xahar b’xahar taħt Gvern Nazzjonalista – B’differenza, il-Gvern tal-lum qed jaħdem biex iraħħashom u jġib stabbilità
B’referenza għall-istqarrija maħruġa mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Enerġija, il-Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma jinnota li t-tabella ta’ prezzijiet li ppublikat l-Oppożizzjoni ma tinkludix fiha s-snin 2012 u 2013.
Dawn huma s-snin ta’ Gvern Nazzjonalista li fihom, il-prezzijiet tal-fuels u tal-gass żdiedu xahar b’xahar għall-prezzijiet ferm iktar minn dawk tal-lum.
Fir-realtà l-ipokreżija ġejja mill-Oppożizzjoni għaliex qed tipprova taħbi informazzjoni magħrufa u tqabbel biss fejn jaqblilha.
Taħt il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern, fis-snin li ma jidhrux fl-istqarrija ppublikata mill-Partit Nazzjonalista fil-maġġor parti tax-xhur, il-prezzijiet tal-fuels u tal-gass kienu dejjem ogħla. Kien hemm xhur fejn il-prezz tal-petrol unleaded laħħaq l-ewro u erbgħa u ħamsin ċenteżmu waqt li llum, dan naqas għal ewro u erbgħa u erbgħin ċenteżmu.
Il-Prezz tad-diesel, bil-mod kif kien jinxtara mill-Gvern Nazzjonalista kien laħaq l-ewro u erbgħin ċenteżmu meta llum, dan huwa ewro u sitta u tletin ċenteżmu.
L-ogħla prezz tal-gass kien dak taħt Gvern Nazzjonalistà f’Diċembru tal-2012 meta laħaq l-għoxrin ewro u sittin ċenteżmu. Ilum il-prezz huwa ferm irħas minn dan.
Dan kollu juri kemm l-Oppożizzjoni qed tkun ipokrità billi tipprova ddawwar l-isforzi li qed isiru biex ikunu stabbilizzati l-prezzijiet għal xi ħaġa negattiva billi tqabbel biss fejn jaqblilha.
Għall-kuntrarju, dan il-gvern mill-ewwel beda jaħdem biex minn Ottubru li għadda, ikollna stabbilità fil-prezzijiet. Dan joffri serħan il-moħħ lill-ekonomija u lill-familji li issa m’għandhomx għalfejn jinkwetaw b’kemm se jiżdied il-prezz kull xahar, kif kien jiġri taħt Gvern Nazzjonalista.
Il-Gvern qed jippublika r-roħs taħt dan il-gvern u l-istabbilità, li riedet taħbi l-Oppożizzjoni mmexxija minn Simon Busuttil.
Kif żdiedu l-Prezzijiet tal-Fuels taħt il-gvern preċedenti:
Taħt Gvern Preċedenti | Taħt dan il-Gvern | ||||
2012 | 2013 | ||||
Unleaded | Diesel | Unleaded | Diesel | ||
April | 1.51 | 1.39 | 1.51 | 1.40 | |
Mejju | 1.50 | 1.40 | 1.48 | 1.40 | |
Ġunju | 1.50 | 1.40 | 1.47 | 1.38 | |
Lulju | 1.44 | 1.38 | 1.47 | 1.38 | |
Awwissu | 1.49 | 1.35 | 1.46 | 1.37 | |
Settembru | 1.54 | 1.36 | 1.49 | 1.38 | |
Ottubru | 1.53 | 1.37 | 1.43 | 1.36 | |
Novembru | 1.51 | 1.38 | 1.43 | 1.36 | |
Diċembru | *1.50 | *1.38 | 1.43 | 1.36 | |
2013 | 2014 | ||||
Unleaded | Diesel | Unleaded | Diesel | ||
Jannar | 1.47 | 1.38 | 1.44 | 1.36 | |
*Il-Prezz kien jiżdied b’2c oħra li kieku għadda l-budget bil-konsegwenza li dan imbgħad żdied f’April ta’ wara.
Kif il-Prezzijiet tal-Gass taċ-ċilindru tat-tnax –il kilo żdiedu taħt il-Gvern Preċedenti u kif fl-aħħar xhur kienu orħos b’mod konsistenti:
Taħt Gvern Preċedenti | Taħt dan il-Gvern | ||||
2012 | 2013 | ||||
Unleaded | Diesel | Unleaded | Diesel | ||
April | 1.51 | 1.39 | 1.51 | 1.40 | |
Mejju | 1.50 | 1.40 | 1.48 | 1.40 | |
Ġunju | 1.50 | 1.40 | 1.47 | 1.38 | |
Lulju | 1.44 | 1.38 | 1.47 | 1.38 | |
Awwissu | 1.49 | 1.35 | 1.46 | 1.37 | |
Settembru | 1.54 | 1.36 | 1.49 | 1.38 | |
Ottubru | 1.53 | 1.37 | 1.43 | 1.36 | |
Novembru | 1.51 | 1.38 | 1.43 | 1.36 | |
Diċembru | *1.50 | *1.38 | 1.43 | 1.36 | |
2013 | 2014 | ||||
Unleaded | Diesel | Unleaded | Diesel | ||
Jannar | 1.47 | 1.38 | 1.44 | 1.36 | |
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en