Left arrow Mur Lura

INAWGURAT GRAWND ĠDID F’SAN LAWRENZ

pr140044
Date Icon 13/01/2014

Inawgurat grawnd tal-futbol f’San Lawrenz Għawdex, grawnd li huwa parti minn program ta’ fondi b’valur ta’ nofs miljun ewro li l-Gvern qed jinvesti fl-isport f’Għawdex. Dan il-grawnd ġie inawgurat mis-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Dr Stefan Buontempo u mill-Ministru għal Għawdex Dr Anton Refalo.  

Is-Segretarju Parlamentari Buontempo qal li dan l-investiment ifisser li sportivi Għawdxin mhux biss se jkollhom faċilitajiet ta’ livell għoli imma se jkollhom l-istess opportunità daqs sportivi Maltin kemm minħabba l-faċilitajiet kif ukoll li minn din is-sena l-isportivi jistgħu jibbenefikaw individwalment mill-Iskema Sportiv Għawdxi meta jieħdu sehem f’kompetizzjonijiet f’Malta. 

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo semma kif f’dawn l-aħħar xhur sar xogħol kbir li se jkun qed jagħti dimensjoni kompletament ġdida lill-isport f’Għawdex. Huwa ħabbar kif fiż-żmien li ġej se jiġi inawgurat kemm il-pitch taż-Żebbuġ li jinsab fl-iskola primarja u l-pitch f’Ta’ Kerċem.  L-Onor. Refalo għalaq, billi sostna l-impenn tal-Ministeru għal Għawdex biex f’din is-sena li ġejja jkompli l-ħidma tiegħu kontra l-obeżità qalb it-tfal Għawdxin. 

Se jkun qed isir xogħol ukoll fuq il-grawnds ta’ Għajnsielem, il Qala u l-Għarb sabiex b’hekk kull raħal u tim fil-gżira Għawdxija jkollu post adegwat għat-taħriġ tiegħu. Dan l-investiment qed isir bil-għan biex iħajjar aktar lit-tfal Għawdxin biex jippratikaw l-isport. 

Photos
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow