LAQGĦA TRILATERALI DWAR IL-POLITIKA MARITTIMA INTEGRATA U L-POLITIKA TAT-TBAĦĦIR F’ĊIPRU
"It-tliet nazzjonijiet marittimi ewlenin (Malta, il-Greċja u Ċipru) fl-Ewropa, għandhom l-obbligu li jħarsu il-kompetittività tas-settur Marittimu tal-UE"
Fit-13 ta' Jannar 2014, is-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku, Edward Zammit Lewis flimkien mal-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura, Joe Mizzi ġew mistiedna Ċipru għat-tieni laqgħa trilaterali mill-Ministru tal-Komunikazzjonijiet u x-Xogħlijiet ta’ Cipru ,Tasos Mitsopoulos. Miltiadis Varvitsiotis, il- Ministru responsabbli mit-Tbaħħir u l-Aegean tar-Repubblika Hellenic kien ukoll preżenti għal-laqgħa u ippartecipa fid-diskussjoni li kkonċernat il-Presidenza Griega tal-Unjoni Ewropea matul l-ewwel nofs tal-2014. Il-prijoritajiet ewlenin ta’ l-aġenda kienu l-Politika tat-Tbaħħir, il-Miżuri ta' Enerġija Efficjenti u l-Politika Marittima Integrata.
Edward Zammit Lewis iddiskuta l-importanza dwar id-direzzjoni u l-istrateġija li se tieħu Malta biex tinkorpora l-affarijiet marittimi peress li Malta tappoġġja b'mod sħiħ l-isforzi tal-Unjoni Ewropeja. L-elementi prinċipali tal-Politika Marittima Integrata huma li primarjament ifittxu u jikkonsolidaw b’ mod speċifiku affarijiet marittimi u dawk tal-baħar. Il-kwistjonijiet preżenti li jaqgħu f’dan id-dossier huma il-‘Blue Growth’, l-informazzjoni u l-għarfien Marittimu, l-Ippjanar Marittimu b’mod wiesgha u s-Sorveljanza Marittima Integrata. Il-Politika Marittima Integrata għandha issib aktar opportunitajiet sabiex tikseb riżultati aħjar peress li l- partijiet interessati jistgħu jipparteċipaw fit-tfassil tal-politika.
Il-politika se tkopri firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet relatati ma' żvilupp sostenibbli inkluż it-trasport marittimu u l-immanigjar tal-bastimenti, il-kompetittività tan-negozji marittimi , l-impjiegi u l-edukazzjoni fis-setturi tal-baħar , ir-riċerka xjentifika u l-protezzjoni tal-ambjent marittimu . Waqt l-intervent tiegħu Dr Zammit Lewis enfasizza li Malta tappoġġja b’mod sħiħ l-inizjattiva tal-‘Blue Growth’ u esprima dan l-appoġġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill . Il-‘Blue Growth’ hija t- triq 'il quddiem biex tiżdied il-kompetittivita, l-investiment u jinħolqu impjiegi ta’ kwalità.
Waqt il-parteċipazzjoni ta’ Malta, ntqal li din l-azzjoni għandha tkun l-inizjattiva ewlenija tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi sa l-2020. Fuq livell nazzjonali, Malta tat il-kontribut tagħha billi ipparteċipat fil-laqgħat organizzati mill-Kummissjoni u l-Kunsill, kif ukoll tat reazzjonijiet oħra mitluba għall-istudju. Il-Kumitat Nazzjonali tal-Istrateġija Marittima Integrata qed jidentifika xi oqsma partikolari li jistgħu jikkontribwixxu għat-tkabbir fil-‘Blue Economy’ u se jkun stabilit pjan ta’ azzjoni ghal l-istess ‘Blue Economy’ u se jiġi stabilit pjan ta 'azzjoni għal dan l-inċentiv.
Sadanittant, L-Onor. Edward Zammit Lewis u l-Onor. Joe Mizzi ipproponew biex il- laqgha trilaterali li jmiss issir f’Malta biex tkompli d-diskussjoni f’kwistijonijiet tat-tbaħħir ta’ kollaborazzjoni.
Wara l-laqgħa, id-delegazzjoni Maltija għamlet żjara ta’ kortesija lill-Eċċellenza tiegħu l-President tar-Repubblika ta' Ċipru, Nicos Anastasiades.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en