‘A LIBYAN LAMMA’...WIRJA TA’ XOGĦLIJIJET ARTISTIĊI DWAR IL-LIBJA WARA R-RIVOLUZZJONI TAL-2011
Fil-Kavallier ta’ San Ġakbu fil-Belt Valletta għadha kemm infetħet għall-pubbliku wirja b’xogħlijiet kontemporanji ta’ sitt artisti Libjani bit-titlu ‘A Libyan Lamma’.
Il-wirja li kienet inawgurata mill-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella tittratta l-kunċett tal-Libja bħala pajjiż wara r-revoluzzjoni tal-2011, liema perjodu Malta kellha wkoll sehem attiv fih bl-assistenza li tat lill-poplu Libjan. F’dan il-kuntest, din l-esebizzjoni għandha wkoll sinifikat akbar u qed tagħti l-opportunità lil diversi artisti Libjani li jesebixxu għall-ewwel darba l-kapaċitajiet artistiċi tagħhom f’Malta.
Fost ix-xogħlijiet tal-arti li qed ikunu esebiti hemm skulturi magħmula minn materjal riċiklat li ntuża fil-gwerra bħall-bullets tal-metall, pitturi u disinni ta’ immigranti fi triqithom lejn l-Ewropa kif ukoll ritratti li juri mumenti partikolari ta’ ċelebrazzjonijiet privati ta’ nisa Libjani.
Il-wirja qed tittella’ bil-kollaborazzjoni ta’ Noon Arts, fondazzjoni li għandha l-għan li tinkoraġixxi artisti ġodda kif ukoll dawk stabbiliti biex jippromwovu x-xogħlijiet tagħhom f’forom differenti f’diversi pajjiżi.
Il-wirja tibqa’ miftuħa sas-16 ta’ Frar 2014.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en