STQARRIJA KONĠUNTA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI U MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-KONSERVAZZJONI TAL-ILMA.
GVERN LI JAGĦTIK DINJITÀ
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Marie-Louise Coleiro Preca u l-Ministru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma Konrad Mizzi ħabbru li l-benefiċċju tal-enerġija li kien jingħata f’forma ta’ voucher, issa se jibda jingħata direttament fil-kont.
B’hekk issa l-benefiċċjarji, li jammontaw għall-madwar 26,000, m’għandhomx għalfejn joqgħodu fil-kju biex isarrfu dan il-voucher.
Il-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca spjegat li din l-inizjattiva se tkun qed tagħti lura d-dinjità lil kulħadd u li b’dan il-mod, se nkunu qed nassiguraw li ssir ġustizzja soċjali.
Qalet li turi wkoll kemm il-Gvern qed ikun ta’ spalla soċjali għall-familji Maltin u Għawdxin.
Il-Ministru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma Konrad Mizzi qal li b’dan il-mod, il-Gvern qed juri li l-politika għall-Enerġija hija hemm ukoll għall-familji u li għandha wiċċ soċjali.
Qal li minn wara nhar it-Tnejn li ġej, meta se jintbaghtu l-aħħar vouchers, mhux biss se tinqata’ l-problema ta’ vouchers li jiskadu iżda anke ta’ dawk li jibqgħu ma jissarfux.
Spjega kif bħala medja f’sena, jkun hemm man-nofs miljun Ewro f’vouchers li kienu jibqgħu mhux imsarrfa.
Din l-inizjattiva tal-Gvern tikkumplimenta ir-roħs tal-kontijiet f’Marzu li ġej u l-inizjattivi l-oħra li qed jieħu l-Gvern għall-stabbilità fil-prezzijiet.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en