Left arrow Go Back

PIŻ ŻEJJED F’WIEĦED MINN KULL TLETT ITFAL MALTIN

pr140038
Date Icon 11/01/2014

Wieħed minn kull tlett itfal Maltin ta’ bejn l-għaxra u l-ħdax-il sena għandhom piż żejjed. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Stefan Buontempo, waqt li kien qed jirreferi għal studju li sar mid-Direttur tal-Istitut tal-Edukazzjoni Fiżika u Sport fl-Università ta’ Malta, is-Sur Andrew Decelis, bl-isem ‘Prevalence of obesity among 10-11 year old Maltese children using four established standards’. Huwa kien qed jitkellem waqt ċerimonja li matulha tqassmu ċertifikati lill-istudenti li segwew korsijiet tal-Istitut tal-Edukazzjoni Fiżika u Sport fl-Università ta’ Malta. 

Is-Segretarju Parlamentari Buontempo kompla jgħid li dan l-istħarriġ “ipoġġi lil Malta qabel tal-aħħar fejn jidħlu rati ta’ obeżità fost il-pajjiżi Ewropej, bil-Greċja tkun wara Malta”. Huwa tenna li huwa propju għalhekk li “irrid indaħħal kultura sportiva f’Malta”. 

Filwaqt li feraħ lill-istudenti għas-suċċess akkademiku li kisbu, Dr Buontempo stedinhom biex jikkontribwixxu fil-ħidma tal-Gvern biex ikollna soċjetà aktar attiva u b’saħħitha fiżikament u mentalment. 

Is-Segretarju Parlamentari Buontempo faħħar ix-xogħol siewi li qed isir minn dan l-Istitut flimkien mal-Kunsill Malti għall-Isport. It-tagħlim li qed jingħata għandu jkun estiż ħalli inrawwmu aktar studenti professjonalment fil-qasam sportiv. 

Għal din iċ-ċerimonja kien hemm preżenti wkoll id-Direttur tal-Istitut, is-Sur Andrew Decelis, iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport, Dr Luciano Busuttil u l-Pro Rettur tal-Università, il-Professur Richard Muscat, fost l-oħrajn.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow