Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

pr140037
Date Icon 11/01/2014

Dalgħodu t-tinda temporanja li ttellgħet il-bieraħħdejn id-Day Care Unit tal-Isptar Mater Dei, se tkun tneħħiet.

Il-Ministeru għas-Saħħa jfakkar li wiret sptar akutli għandu nuqqas kbir ta’ sodod skond il-ħtiega u d-domanda preżenti u futura tal-popluMalti u Għawdxi. Minħabba dan, il-Ministeru għas-Saħħa ħa diversi miżuri kemmtemporanji u wkoll iktar fit-tul biex iżid in-numru ta’ sodod fl-isptar MaterDei.

Fost dawn: fis-sena 2013 żdiedu 48 sodda, fis-sena2014 se jiżdiedu 52 sodda u s-sena d-dieħla, fl-2015 se jiżdiedu 68 sodda. Danminbarra l-inizjattivi li ħa s-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani, billipermezz ta’ PPP’s żied 47 sodda fil-Livelife u fil-jiem li ġejjinse jibdew jiżdiedu b’mod perjodiku l-ammont totali ta’ 300 sodda f’residenziprivati.

Il-Ministeru għas-Saħħa jinnota wkoll li l-IsptarMater Dei mill-aspett ta’ social cases ħadem iktar b’effiċjenza billiħoloq turnover aħjar ta’ dawn il-pazjenti minn dik tas-sena ta’ qabel.

It-twaqqif tat-tinda temporanja kienet waħda bissminn diversi soluzzjonijiet kif l-amministrazzjoni qed tipprova tevita li jiġuposposti operazzjonijiet ta’ day case. Huwa maħsub li f’dan il-perjodummedjat l-isptar Mater Dei se jiżdied b’22 sodda oħra akuta, biex itaffimiż-żieda fid-domanda u għalhekk it-tinda qatt ma kellha titħalla mwaqqfa aktarminn dak iż-żmien.

Waqt id-diskussjonijiet biex tittieħed dinid-deċizjoni seta’ kien hemm aktar sensittivita’ u prudenza dwar kifil-pazjenti u l-familji tagħhom, u wkoll il-pubbliku seta’ jilqa’ din il-miżuratemporanja.

Sadanittant il-Ministeru qiegħed jipprova jagħmeltajjeb biex jilqa’ għal kull domanda żejda li hija mistennija f’dawn il-ġimgħatbilli jsib spazju adegwat ieħor biex dan is-servizz ta’ day care surgeryma jintlaqatx, bħal ma ġara fil-passat.

Inħarġet ukoll sejħa għall-offerti biex f’kaz lis-servizz ikun se jiġi milqut, xi listi ta’ operazzjonijiet day case jiġutrasferiti f’entitajiet privati mingħajr ma jkunu posposti dawnl-operazzjonijiet

Il-Ministeru għas-Saħħa jżomm f’moħħu l-interess tal-pazjentmhux biss li jinqeda imma wkoll li jinqeda fil-ħin, u jirringrazzjalill-ħaddiema kollha għall-ħidma siewja tagħhom.

Barra dan kollu,  l-Ministeru qed iħares lejnsoluzzjonijiet  ta’ natura aktar permanenti u fit-tul biex il-problema ta’nuqqas ta’ sodod akuti tkun finalizzata bi pjan strutturali. Dan se jkun pjan li l-gvern preċedentiqatt ma ħaseb għalih.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow