ŻJARA TA' KORTESIJA LILL-PRIM MINISTRU
Il- Kantanta Olivia Lewis, rebbieħa tal-festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija, għamlet żjara ta' kortesija lill-Prim Ministru Dr. Joseph Muscat fil-Berġa ta' Kastilja.
Il-Prim Ministru feraħ lill-kantanta, lill-kompożitur Paul Abela u lill-awtur Joe Julian Farrugia, għas suċċess tagħhom.
Dr Muscast irringrazzja wkoll lill-kumitat tal-organizzazzjoni tal-festival u awgura li dan jibqa' jsib postu fil-kalendarju Muzikali lokali.
Preżenti għal din il-laqgha flimkien mal-Kantanta, kompożitur u awtur kien hemm uħud mill- kumitat organizattiv; Josette Hamilton, Robert Cefai, Deo Grech, Mro Sigmund Mifsud, Ray Falzon u Pierre Cachia.
Il-festival kien imtella' bl-għajnuna tas-Segretarjat Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern lokali.
PresshotosStqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en