Left arrow Mur Lura

IMNIEDI N-NUMRU TAL- 1717 IMMIRAT BIEX IL-PUBBLIKU JAGĦMEL KUNTATT DIRETT MAD-DIRETTORAT GĦAT-TRATTAMENT XIERAQ TAL-ANNIMALI, PROMOZZJONI U SERVIZZI

pr140032
Date Icon 10/01/2014

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali qed iħabbar numru tat-telefown ġdid, 1717, li hu immirat biex jiffaċilita l-proċess ta’ kif il-pubbliku jagħmel kuntatt telefoniku dirett mad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali, Promozzjoni u Servizzi.

Dan id-Direttorat ħass il-ħtiega li jiġi mniedi dan is-servizz peress li f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza f’dak li jirrigwarda l-kura tal-annimali l-pubbliku mhux dejjem ikollu aċċess immedjat għan-numri tad-Direttorat. Permezz tas-Servizz 1717, li hu numru sempliċi u faċli biex dak li jkun jiftakru, l-pubbliku ser ikun jista’ jagħmel kuntatt dirett il-ħin kollu mad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali, Promozzjoni u Servizzi.

Biex il-pubbliku juża dan is-Servizz, kulma jrid jagħmel hu li jċempel fuq in-numru tat-telefon 1717 u  t-telefonata tiġi trasferita minnufih fuq in-numru tal-uffiċini u wara l-ħinijiet tal-uffiċċju, fuq in-numru tal-ambulanza tal-annimali. Dan is-servizz hu attiv 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa.

Permezz tas-Servizz 1717, il-pubbliku jista’ jitlob assistenza mill-ambulanza tal-annimali dwar annimali stray li huma feruti, morda jew li għandhom bżonn kura immedjata kif ukoll jagħmel rapporti dwar moħqrija tal-annimali. Peremzz ta’ dan in-numru l-pubbliku jista’ wkoll jitlob informazzjoni dwar dak li jirrigwarda d-drittijiet tal-annimali u s-servizzi tad-Direttorat.

Il-pubbliku xorta ser ikun jista’ jagħmel kuntatt permezz tal-linji tat-telefon normali tad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali, Promozzjoni u Servizzi li ser jibqgħu attivi u huma tel: 22924113, 22924132, u 22924247. Tibqa wkoll il-faċilita’ li l-pubbliku jagħmel sejħiet għall-assistenza dwar annimali stray fuq in-numru tad-Depot tal-Puluzija tel: 21224001 li jiġu trasferiti fuq in-numru tal-ambulanza tal-annimali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow