Left arrow Mur Lura

MALTA U T-TURKIJA F’TAĦDIDIET DWAR KOPERAZZJONI FL-OQSMA TAT-TURIŻMU, L-AVJAZZJONI U KUMMERĊ

pr140031
Date Icon 10/01/2014

Dalgħodu l-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella kellu żjara ta’ kortesija mingħand l-Ambaxxatriċi tat-Turkija l-E.T. Ayse Sezhin.

Iż-żewġ naħat irrikonoxxew ir-relazzjonijiet tajbin li jeżistu bejn iż-żewġ naħat kif ukoll il-fatt li hemm bosta setturi li Malta u t-Turkija jistgħu jaħdmu f’koperazzjoni bejniethom fosthom fl-avjazzjoni, linji tal-ajru, il-qasam kulturali u skambju ta’ studenti.

Il-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella semma’ l-bidu tal-operat tal-linja tal-ajru Turkish Airlines lejn Malta f’Mejju tas-sena li għaddiet, liema kumpanija inkludiet lil Malta fl-itinerarju tagħha bħala parti mill-mitejn u tletin destinazzjoni li ttir lejhom. Huwa qal li dan ikompli jżid l-iskop għal kollaborazzjoni bejn Malta u t-Turkija.

Dwar dan l-Ambaxxatriċi tat-Turkija Ayse Sezhin fissret kif dawn it-titjiriet diretti bejn iż-żewġ pajjiżi huma ta’ benefiċċju kbir għas-settur tat-turiżmu u l-kummerċ fost oħrajn, filwaqt li rrimarkat kif fir-rebbiegħa, it-Turkish Arlines se tkun qed iżżid in-numru tat-titjiriet tagħha lejn Malta.

Iż-żewġ naħat qablu li jkompli bit-taħdidiet sabiex eventwalment ikun iffurmat business council konġunt bejn Malta u t-Turkija bil-għan li jissaħħu l-kuntatti fil-qasam kummerċjali kif ukoll sabiex persuni Maltin f’dan is-settur jingħataw l-opportunità biex iżuru Istanbul u Ankara għal finijiet kummerċjali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow