TRASFERIMENT TAL-UFFIĊĊJU MINN FEJN TINĦAREĠ IL-KARTUNA L-BAJDA
Bħala parti mill-impenn tal-Gvern biex itejjeb is-servizzi tas-saħħa, għandu jiġi nnotat li t-Taqsima għall-Kontroll tad-Drogi (minn fejn tinħareġ il-kartuna l-bajda tal-medicini narkotiċi u psikotropiċi) se timxi għall-uffiċini ġodda fis-sular t’isfel tal-‘Outpatients Block’ fl-Isptar San Luqa. B’hekk il-pubbliku se jkollu s-servizzi kollha li għandhom x’jaqsmu mal-mediċini f’post wieħed.
Għalhekk il-pubbliku qiegħed jiġi mgħarraf li nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Jannar 2014, it-Taqsima għall-Kontrol tad-Drogi mhux se tkun f’pożizzjoni li taqdi l-pubbliku minħabba iċ-ċaqlieq tal-uffiċċju. Il-pubbliku se jkun jista’ jinqeda mill-uffiċini l-ġodda fl-‘Outpatients Block’, fl-isptar San Luqa min-nhar it-Tnejn 13 ta’ Jannar 2014.
In-numri tat-telefon mhux se jiġu affetwati u se jibqgħu 21226270 u 21245490.
Niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en