RIKONOXXIMENT LILL-ATLETI SPORTIVI MALTIN
Il-Gvern ser ikun qed juri l-apprezzament tiegħu għax-xogħol siewi li qed isir mill-uffiċjali, amministraturi u atleti, f’kull dixxiplina sportiva. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Stefan Buontempo, waqt konferenza li fiha ngħataw dettalji tal-edizzjoni “Ġieħ l-Isport Malti 2013”, liema attività sejra ssir fil-15 ta’ Marzu 2014.
Huwa kompla jgħid li f’din l-edizzjoni sejrin naraw li kull atleta li eċċella tul is-sena 2013, jingħata l-opportunità li jiġi rikonoxxut għall-impenn u r-riżultati miksuba, kemm f’dak li huma kompetizzjonijiet internazzjonali kif ukoll f’dawk nazzjonali.
Dr Buontempo semma li “għall-ewwel darba ser jiġu rikonoxxuti żewġ atleti bi bżonnijiet speċjali u li eċċellaw fil-qasam sportiv. Dan hu l-mod kif lil dawn il-persuni nkunu qed nagħtuhom opportunitijiet indaqs”.
Is-Sur Paul Stoner, Chairperson tal-Kumitat Organizzattiv, ta d-dettalji ta’ kif ser jintgħażlu l-atleti u l-uffiċjali finalisti u l-mod ta’ kif l-assoċjazzjonijiet, l-pubbliku, u ġurija indipendenti se jagħtu sehemhom biex jingħata ġieħ lill-aħjar atleta.
Iċ-Chairperson tal-Kunsill Malti għall-Isport, Dr Luciano Busuttil, semma kif dan kollu ser ikun qed isir fl-istess waqt li l-ispiża tkun waħda raġonevoli u se jkun qed jara li ma jsirx ħela ta’ fondi.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en