NISIMGĦU U NINDIRIZZAW IL-BŻONNIJIET TAT-TFAL
L-Għaqdiet mhux governattivi għandhom irwol importanti li flimkien nassiguraw li nilħqu l-bżonnijiet u nisimgħu l-vuċijiet tat-tfal.
Sostniet dan il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali l-Onor. Marie-Louise Coleiro Preca waqt konferenza dwar il-liġi tat-tfal, organizzata minn studenti li qed jistudjaw il-liġijiet dwar it-tfal fi ħdan il-Fakulta’ tal-Liġi fl-Universita’ ta’ Malta.
Il-Ministru Coleiro Preca faħħret l-istudenti li f’disa’ preżentazzjonijiet differenti rrimarkaw għal affarijiet li bħalissa qed jiġu indirizzati mill-Kummissjoni għall-Iżvilupp ta’ Strateġija u Politija għat-Tfal biex it-tfal tagħna tassew ikollhom vuċi u viżibilita’.
L-Onor. Coleiro Preca spjegat kif ħafna drabi naħsbu li t-tfal huma l-futur ta’ dan il-pajjiż iżda dawn huma wkoll il-preżent u għalhekk għandhom isemmgħu leħinhom issa.
Il-Ministru semmiet kif dan il-Gvern diġa qed jagħti vuċi lit-tfal permezz ta’ konsultazzjoni li saret magħhom dwar il-faqar u għall-għażla tal-Kummissarju għat-Tfal.
Hija stiednet lill-istudenti biex jersqu ‘l quddiem bil-proposti tagħhom u flimkien ma’ stakeholders oħra jiddiskutu s-settur fi żmien meta l-Gvern qed iħejji biex jintroduċi l-Att dwar it-Tfal.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en