SITTAX-IL MILJUN EWRO FONDI EWROPEJ KOMMESSI F’GĦAWDEX FL-AĦĦAR DISA’ XHUR TAS-SENA 2013
Dr Ian Borg, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, illum kellu laqgħa mal-Gozo Business Chamber fejn fiha qal li 10% tal-Fondi Ewropej allokati għal Malta waqt il-programm finanzjarju li għadu kemm għalaq ġew kommessi ghal Għawdex. Il-President tal GBC Michael Grech semma ukoll l-problemi li jiffaċċjaw l-Għawdxin fejn jidħol l-ħolqien tax-xogħol u aċċessibiltà u saħaq fuq aktar għajnuniet minn fondi tal-UE.
Dr Borg qal li il-figura ta’ 10% kienet wegħda tal-Amministrazzjoni preċedenti imma f’dawn l-aħħar disa’ xhur din l-Amministrazzjoni fil-Gvern assigurat li din il-mira tintlaħaq billi żiedet l-allokazzjoni għal Għawdex b’€16-il miljun. B’dawn is-€16-il miljun ħa jkunu qegħdin jiġu ffinanzjati diversi inizjattivi ġodda ġewwa Għawdex fosthom:
• Aktar titjib fis-servizz tas-saħħa ġewwa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn sejjer jinxtara apparat ġdid.
• Titjib fil-qasam industrijali tax-Xewkija.
• Bini ta’ blokka ġdida ġewwa s-Sixth Form f’Għawdex.
• U fuq kollox żewġ Miljuni f’iskema ta’ għajnuna lil min jimpjega.
Dr Borg kompla jgħid li għalkemm din il-wegħda saret minn amministrazzjoni preċedenti u ma kienetx onorata sal-aħħar tal-leġislatura li għaddiet, dan il-Gvern fehem l-importanza ta’ dawn il-fondi għal Gżira Għawdxija u b’għaqal issa laħaq l-investiment mixtieq.
Waqt din il-laqgħa ġew diskussi wkoll diversi proġetti li bejn l-2014 u l-2020 ser ikunu kkunsidrati għal finanzjament Ewropew.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en