Left arrow Mur Lura

PAZJENTI GĦAWDXIN JAGĦMLU UŻU MILL-CHEMOTHERAPY LOUNGE FL-ISPTAR ĠENERALI T’GĦAWDEX

pr140020
Date Icon 08/01/2014

Pazjenti Għawdxin illum għamlu użu mill-Chemotherapy Lounge fid-Day Care Unit tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

B’hekk qed titwettaq wegħda oħra li saret fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista biex il-pazjenti Għawdxin u l-familji tagħhom, jingħataw il-kura li jkollhom bżonn f’Għawdex stess.

Id-Day Care Unit, li tospita l-Chemotherapy Lounge, tlestiet fl-aħħar tas-sena li għaddiet. B’hekk l-Għawdxin li jattendu l-Isptar Boffa għall-kimoterapija issa qed jingħataw dan it-trattament f’Għawdex stess u allura naqset it-tbatija u l-ispejjeż marbutin mal-vjaġġi, kemm għall-pazjent kif ukoll għall-qraba, lejn l-Isptar Boffa u lura.

Il-pazjenti ma kellhomx għalfejn jinżlu Malta biex jingħataw l-attenzjoni medika li kellhom bżonn, bi skumdita għalihom u bi skariġġ żejjed minħabba t-traġitt bejn iż-żewġ gżejjer. 

Din hija wkoll parti mir-riforma għall-Isptar Ġenerali t’Għawdex bil-għan li jitwessgħu n-numru tas-servizzi u jkun hemm aktar ekwità bejn is-servizzi li jingħataw fiż-żewġ gżejjer, għaliex il-gvern jemmen f’saħħa ħolistika għal nazzjon wieħed.

Is-servizz tal-kimoterapija beda fl-aħħar ġimgħa ta’ Diċembru, iżda nzerta li f’dawn il-jiem ma kienx hemm pazjenti li klinikalment kellhom bżonn din il-kura.

Il-Ministru għas-Saħħa, Dr. Godfrey Farrugia jirringrazzja l-amministrazzjoni tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex u wkoll lit-tim mediku u dawk kollha li kienu involuti biex dan is-servizz seta’ beda jingħata f’Għawdex stess, kif kien imħabbar aktar kmieni s-sena li għaddiet. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow