Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA

pr140013
Date Icon 07/01/2014

Huwa sorprendenti kif il-Kap tal-Oppożizzjoni llum qal li l-konsultazzjoni dwar il-programm ta' ċittadinanza b'investiment kienet finta. Dr Busuttil qed jinsa li hu stess, fil-ħmistax ta' Diċembru li għadda, kien qal li l-konsultazzjoni qed issir u ż-żewġ naħat m'humiex 'il bogħod biex jilħqu ftehim.

Il-verita` hija li saru siegħat twal ta' konsultazzjoni. Il-Gvern sema’ u fehem il-pożizzjoni taċ-ċittadini li riedu programm innovativ bħal dan iżda xtaquh jitħaddem b'iktar trasparenza u b'iktar rabta bejn l-individwu u pajjiżna.


Dawn il-bidliet fil-fatt saru u, bl-għajnuna taċ-chairman tal-MFSA u korpi kostitwiti oħra, tfassal programm ta' investiment li se jattira lejh persuni ta' reputazzjoni, bil-potenzjal li jħalli aktar minn biljun ewro fl-ekonomija Maltija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow