Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTA’ NAZZJONALI

pr140012
Date Icon 07/01/2014

Fl-okkażżjoni tal-25 Anniversarju tas-Sezzjoni tal-IT fil-Korp tal-Pulizija , il-Ministru Manuel Mallia jisħaq fuq il-bżonn  li jsir aktar investiment finanzjarju, f’riżorsi umani u fl-edukazzjoni.



Hemm bżonn t’aktar investiment fis-sezzjoni tal-IT fi ħdan il-Korp tal-Pulizija. Hekk sostna l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali  Manuel Mallia fl-okkażżjoni tal-kxif ta’ plakka li tikkomemora l-ħamsa u għoxrin anniversarju mill-ftuħ tas-sezzjoni tal-IT. Din is-sezzjoni, qal il-Ministru Mallia, hija kruċjali sabiex il-Korp ikompli jiġġieled b’mod effettiv il-kriminalità. Dan għandu jkun ta’ prijorità , speċjalment għal din is-sena, meta  l-Korp ser ikun qed jiċċelebra l-mitejn anniversarju.



Il-Ministru Manuel Mallia qal li l-investiment m’għandux ikun biss wieħed finanzjarju iżda anke wieħed ta’ riżorsi umani . Kien għalhekk li l-Kummissarju tal-Pulizija, Peter Paul Zammit, ta l-approvazzjoni tiegħu biex din l-iskwadra żżid seba’ pulizija magħha biex issa tlaħħaq id-disa’ u għoxrin persuna.



L-Onor. Dott. Mallia , temm jgħid li aktar minn hekk, l-investiment għandu jkun fl-edukazzjoni tal-pulizija, li jaġġornaw it-taħriġ  tagħhom sabiex ikunu jistgħu jużaw l-għodod teknoloġici biex jiġġieldu l-kriminalità. Għal dan il-għan bħalissa qed issir ħidma biex il-kurrikulu ta’ l-Akkademja l-ġdida , li issa taqa’ taħt ir-responsabbilità tas-Sur Joseph Cachia, ikun jista’ jilħaq l-isfidi tal-llum.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow