TNEDIJA TA’ PROĠETT PILOTA TA’ INFORMATION KIOSKS GĦALL-GĦARFIEN TAL-KONSUMATURI U L-BEJJIEGĦA
Aktar tagħrif lill-konsumaturi u lin-negozjanti
Il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili nieda proġett pilota ta’ information kiosks dwar l-affarijiet tal-konsumatur. Permezz ta’ dawn l-information kiosks kemm il-konsumaturi, kif ukoll in-negozjanti, se jkunu jistgħu jiksbu informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi li għandhom lejn xulxin skont il-liġi. It-twaqqif ta’ dawn l-information kiosks kienet wegħda elettorali tal-Gvern preżenti.
Waqt it-tnedija, il-Ministru Dalli tkellmet dwar l-importanza tal-edukazzjoni tal-konsumatur u n-negozjant. Hi qalet li l-edukazzjoni tal-konsumatur trid tibda sa minn età żgħira fil-familji u l-iskejjel, iżda trid tibqa’ għaddejja matul il-ħajja kollha. Għalhekk l-iskop ta’ dawn il-kiosks.
Dott. Dalli qalet li għandha tingħata importanza partikolari lill-edukazzjoni lill-persuni l-aktar vulnerabbli biex dawn ukoll ikollhom għarfien biżżejjed dwar id-drittijiet tagħhom.
Il-Ministru Dalli tkellmet dwar l-investiment li jrid isir fl-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) li se tkun qed tmexxi dawn il-kiosks. Dott. Dalli qalet li se tkun qed issir enfasi fuq it-tisħiħ tar-riżorsi umani fil-qasam tal-edukazzjoni u l-għarfien tal-pubbliku fi ħdan din l-entità.
L-information kiosks tal-MCCAA se jkunu f’ċentri kummerċjali differenti madwar il-pajjiż. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-MCCAA fuq il-linja freephone 8007 4400.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en