Left arrow Mur Lura

ĦIDMA BEJN IL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL BIEX JITTIEĦDU PREKAWZJONIJIET FL-ISKEJJEL ĦALLI TITNAQQAS IL-FIRXA TAL-INFLUWENZA

pr140009
Date Icon 06/01/2014

Din il-ġimgħa terġa’ tibda l-iskola wara l-vaganzi tal-Festi tal-Milied. Qiegħda issir ħidma bejn il-Ministeru għas-Saħħa u l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol biex jittieħdu prewkazjonijiet fl-iskejjel biex titnaqqas il-firxa tal-influwenza.

Appell isir ukoll lill-ġenituri biex ma jibagħtux tfal l-iskola jekk dawn ikunu ma jifilħux. B’din il-ħidma jonqos l-impatt tal-influwenza staġjonali.

L-istaġun tal-influenza f’Malta jibda minn Ottubru sa’ Mejju. Ta’ kull sena ssir sorveljanza ta’ din il-marda bl-għajnuna ta’ tobba tal-familja biex isir moniteraġġ tas-sitwazzjoni. Dan juri li ġeneralment ikun hemm żieda qawwija ta’ każijiet fl-ewwel xahrejn tas-sena. L-influenza staġjonali tikkaġuna mard, dħul fl-isptarijiet u f’każi wkoll imwiet. Għalhekk il-Ministeru għas-Saħħa pprepara għal dan minn kmieni. Bejn Ottubru u Novembru tas-sena 2013 tqassmu 75,000 tilqima b’xejn lill-poplu li kkonkorra bi ħġaru biex jieħu din it-tilqima.

Bħalissa l-viruses tal-influwenza qegħdin jiċċirkulaw fil-komunità u għalhekk wieħed għandu jieħu l-mezzi ta’ prevenzjoni kollha meħtieġa biex jevita l-firxa. L-influenza tinxtered fil-qtar tan-nifs u għalhekk  tinfirex minn persuna għal oħra meta persuna nfettata tisgħol, tagħtas jew titkellem u l-virus imur fl-arja u jieħdu ħaddieħor. Għalhekk huma rakkomandati li jittieħdu dawn il-prekawazjonijiet:

- Meta tagħtas u tisgħol għandek tgħatti ħalqek u mnieħrek b’tissue. Wara armi t-tissue;
- Aħsel idejk spiss bl-ilma u s-sapun speċjalment wara li tagħtas u tisgħol;
- Aħsel idejk qabel tmiss għajnejk, ħalqek jew imnieħrek;
- Evita kemm jista’ jkun kuntatt ma’ nies li huma morda bl-influwenza;
- Jekk inti għandek sintomi tal-influwenza, oqgħod id-dar u kemm jista’ jkun evita kuntatt man-nies.

Emfasi qiegħed isir ukoll dwar it-tfal li jdumu jxerrdu l-viruses aktar minn adulti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow