Left arrow Mur Lura

FTEHIM BEJN IL-GVERN U ARRIVA MALTA

pr140007
Date Icon 02/01/2014

Ilum, il-Gvern u Transport Malta, laħqu ftehim mal-kumpanija Arriva Malta, biex l-operat jgħaddi f’idejn kumpanija tal-Gvern.

Tim minn Transport Malta qiegħed ikun ‘seconded’ ma’ din il-kumpanija ġdida biex jiġi assigurat li s-servizz ta’ trasport pubbliku jkompli mingħajr skossi u li l-perjodu tranżitorju sakemm jintgħażel operatur ġdid, jimxi bl-inqas inkonvenjent possibbli.

Matul il-perjodu ta’ negozjati delikati li saru f’dawn l-aħħar xhur,  partikolarment fid-dawl tar-riskju li l-kumpanija setgħet tillikwida u l-pajjiż seta’ jispiċċa mingħajr servizz mil-lum għal għada u l-ħaddiema mingħajr impjieg, il-Gvern ried jiżgura li l-ftehim ikun wieħed li jaqbel lil kulħadd.

Il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura jixtieq jirringrazzja lill-amministrazzjoni tal-kumpanija Arriva, għall-mod kordjali ta’ kif imxew id-diskussjonijiet minkejja s-sensittività tan-negozjati u jirringrazzja b’mod speċjali lill-ħaddiema tal-kumpanija Arriva f’dan il-mument delikat għalihom u għall-familji tagħhom.

Il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura u Transport Malta jinsabu sodisfatti għar-riżultat ta’ suċċess miksub matul dawn in-negozjati.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow