ESTIŻ GĦALL-PUBBLIKU S-SERVIZZ TA’ SMS F’KAŻ LI KAWŻA ĊIVILI MA TKUNX SE TINSTEMA’
B’effett mil-lum il-faċilità li jintbagħat SMS lill-avukat meta kawża, għal xi raġuni, ma tkunx se tinstema’ u tiġi differita, issa ġiet estiża ukoll għall-pubbliku.
Bis-sistema l-ġdida, il-partijiet fil-kawża se jkunu jistgħu, bl-għajnuna tar-Reġistru tal-Qorti, jagħżlu liema kawżi ta’ natura ċivili jkunu jridu jiġu avżati b’sms f’każ ta’ differiment. Naturalment il-partijiet jistgħu wkoll jagħżlu li jiġu avżati bid-differimenti tal-kawżi ċivili kollha tagħhom.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja Dr Owen Bonnici ħabbar li l-Gvern huwa mpenjat illi jwettaq riforma sħiħa fil-kamp tal-informatika sabiex il-Qorti tagħti l-aħjar servizz lill-pubbliku. Apparti mis-servizz tal-SMS, il-Gvern diġà implimenta servizzi fejn id-digrieti u x-xhieda jiġu mibgħuta lill-practitioners permezz ta’ email. Dawn is-servizzi kienu ta’ suċċess u għenu għall-amministrazzjoni aħjar tal-Ġustizzja.
Il-Gvern se jkompli għaddej jimplimenta bidliet u għandu miri ċari li jridu jiġu mwettqa fix-xhur li ġejjin. Ewlenin fosthom insibu:
- Il-faċilità li wieħed jippreżenta atti ġudizzjarji f’Malta jew Għawdex indipendentement minn jekk kawża tkunx qed tinstema’ Malta jew Għawdex;
- Il-faċilità li l-practitioners mill-uffiċċji tagħhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni kollha relatati mal-kawżi u atti ġudizzjarji li bħalissa tiġi maniġġjata bis-sistema magħrufa bħala LECAM;
- Li jsir scanning sħiħ tad-dokumenti kollha li jinsabu fir-reġistru ċivili b’mod li dawn ikunu huma wkoll aċċessibbli għall-practitioners mill-uffiċċji tagħhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en