STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI - Il-Ministru Manuel Mallia jirringrazzja lill-Forzi tal-Ordni kollha f’pajjiżna
Il-Ministru Manuel Mallia jirringrazzja lill-Forzi tal-Ordni kollha f’pajjiżna
Il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Manuel Mallia jirringrazja lill-Forzi tal-Ordni kollha tal-pajjiż li permezz tal-koperazzjoni bejniethom f'lejl daqshekk impenjattiv qdew id-dover tagħhom b'tant dedikazzjoni.
Dan l-impenn flimkien ukoll ma' diversi appelli fuq il-media wasslu biex dalgħodu ma stenbaħniex b'aħbarijiet fuq inċidenti ta' traffiku serji.
Il-Ministru jinnota wkoll b'sodisfazzjon il-qbid ta' droga li sar matul il-lejl li għadda.
Filwaqt li jifhem kemm hu diffiċli li f'lejl ta' ċelebrazzjonijiet, persuna tkun qed taqdi d-dover tagħha li jsir aktar impenjattiv, il-Ministru Mallia f'isem il-pajjiż kollu jirringrazzja lill-ħaddiema tal-Forzi tal-Ordni tal-isforz li sar.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en