Left arrow Mur Lura

​AKTAR OPPORTUNITAJIET TA’ XOGĦOL F’GĦAWDEX

PR-142681
Date Icon 14/11/2014


Beda x-xogħol fuq is-sit li minnu ser tibda topera l-Kumpanija RS2 f’Għawdex


Il-Ministru għal Għawdex waqt konferenza stampa ħabbar bi pjaċir li beda x-xogħol fuq is-sit li minnu ser tibda topera l-kumpanijia RS2 Software Plc. Sit ta’ 4000 metru kwadru illi fuqu ħa jinbena bini ġdid ta’ 800 metru kwadru.  Il-permessi meħtiega nħarġu mill-MEPA waqt li preżentament x-xogħlijiet ta’ twaqqiegħ bdew fuq is-sit.  Huwa previst illi x-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jkunu lesti sal-aħħar ta’ Jannar 2015. Huwa mistenni  li l-bini jibda jiffunzjona fis-sajf li ġej.

Il-Kumpanija RS2 tipprovdi servizz fl-immaniġġjar tas-sistema ta’ cards finanzjarji u servizzi oħra fuq livell globali. Is-servizzi tagħha toffrihom lill-banek lokali, dawk internazzjonali kif ukoll dawk kollha li jipprovdu servizz fi ħdan is-settur flimkien ma’ Oganizzazzjonijiet Finanzjarji.

Fil-preżent, il-Kumpanija timpjega madwar minn mija u sittin (160) persuna fejn aktar minn għoxrin minnhom huma Għawdxin. Is-Sur Mario Schembri, Chairman tal-RS2 Software, stqarr li l-kumpanija RS2 tħoss id-dmir li tinvesti iktar fl-istudenti Għawdxin u permezz ta’ dan il-pjan tkun tista' toffri opportunitajiet lil dawk kollha li jixtiequ jaħdmu f’Għawdex stess, fi ħdan is-settur, għas-snin li ġejjin.

Il-Ministru Refalo tenna li permezz ta’ dan it-tkabbir, il-mira hi li jinħolqu 50 impjieg ġdid tul il-medda ta’ dawn it-tliet snin li ġejjin,  sa massimu ta’ 100 impjegat sas-sena 2020 immirat fuq bażi Professjonali, Teknika u dik Ammistrattiva.  Dan juri l-impenn kontinwu tal-Gvern biex f’Għawdex jiżdied ix-xogħol u permezz ta’ dan it-tkabbir titkompla tingħata  prominenza lix-xogħol u l-ħidma fis-settur teknoloġiku.

Il-Kumpanija RS2 ser tinvesti s-somma ta’ madwar €1,000,000 fi żvilupp ta’ uffiċini moderni, apparat u sistemi tas-sigurta' tal-ogħla u l-aqwa livell internazzjonali kif ukoll f’servizzi  erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, sebat’ijiem fil-gimgħa.   

Din is-sena l-Grupp qed jiċċelebra l-25 sena minn meta l-kumpanija RS2 bdiet tipprovdi s-servizzi tagħha bil-prodott tas-software BankWORKS li jintuża bħala pjattaforma lill-banek, instituzzjonijiet u kumpaniji li jipproċessaw il-cards.

Fi tmiem il-konferenza li saret fil-Ministeru għal Għawdex, il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo flimkien maċ-Chairman Mario Schembri fost l-oħrajn żaru s-sit minn fejn ser tibda topera l-RS2 waqt li l-Perit Joe Cassar spejga l-andament tax-xogħol.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow