Left arrow Mur Lura

GRUPP TA’ 37 TOLFETAN WASAL GĦAWDEX BIEX JIPPARTEĊIPA F’BETHLEHEM F’GĦAJNSIELEM

pr2890
Date Icon 30/12/2013

Il-Ministeru għal Għawdex  nhar is-Sibt filgħodu laqa’ lid-delegazzjoni ta’ sebgħa u tletin persuna minn Tolfa li ġew Malta sabiex jingħaqdu mal-bqija tal-voluntiera u jipparteċipaw f’Betlehem f’ Għajnsielem.

Meta l-Ministru għal-Għawdex Anton Refalo indirizza lil dan il-grupp minn Tolfa, hu rringrazzjahom talli għażlu lil Għawdex u lil Għajnsielem bħala l-post fejn iqattgħu l-vaganzi tal-Milied tagħhom.  Il-Ministru faħħar lit-Tolfetani għall-qalb kbira tagħhom  u għar-rispett u l-ħbiberija tagħhom lejn il-poplu Malti u Għawdxi. Huwa qasam magħhom il-kliem pożittiv  li kellu kull Għawdxi li żar Tolfa grazzi għall-ospitalita’ li rċevew mingħandhom. Dan il-ġemellaġġ bejn Għajnsielem u Tolfa ħa jkun qed jgħin biex tikber il-kooperazzjoni bejn iż-żewġ popli f’oqsma varji l-aktar tal-kultura. “Din l-inizjattiva tibgħat messaġġ ta' paċi, koperazzjoni u tolleranza”, sostna l-Ministru Refalo.

L-ex sindku ta’ Tolfa u ex membru parlamentari Taljan Dr. Alessandro Batilocchio li żar lil-Għawdex kemm il-darba, faħħar din l-inizzjattiva u saħaq li dan huwa pass ieħor biex tkompli tinbena relazzjoni ta’ ħbiberija soda bejn Għawdex u Tolfa. Huwa wera l-entużjażmu tiegħu li l-ġimgħa d-dieħla l-belt ta’ Tolfa ser tilqa’  lid-delegazzjoni Għawdxija.  Huwa spjega kif f’dawn l-aħħar snin 700 Tolfetan żaru Għawdex u 500 Għawdxi rreċiprokaw. Is-sindku t’Għajnsielem Frans Cauchi, għamel ukoll messaġġ qasir tal-okkażjoni.

Tolfa hija belt qadima bi fdalijiet li jmorru lura mill-Medju Evu u anki għall-perjodu Etrusk. Din tinsab madwar 60 kilometru fil-majjistral ta’ Ruma fl-istess provinċja u għandha popolazzoni ta’ ftit anqas minn 6000 eluf. Hija belt imperċa fil-għoli f’żona ta’ muntanji magħrufin bħala I monti Tolfetani.

Bejn it-tnejn u l-erbgħa ta’ Jannar il-Ministru Anton Refalo  ser iżur Tolfa flimkien ma’ numru ta’ voluntiera minn Għajnsielem biex jattendu għaċ-ċerimonja tat-tluq tal-maġi, fejn bi ħsibhom jgħaddu mill-Vatikan u jibgħu ġejjin Malta.

Il-wasla tal-maġi minn Ruma hija mistennija s-Sibt 4 ta’ Jannar  wara nofsinhar, fejn wara jibdew il-vjaġġ tagħhom li ser jwassalhom f’Għajnsielem il-Ħadd 5 ta’ Jannar, tard wara nofsinhar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow