Left arrow Mur Lura

JITLESTA L-PROĠETT TA’ RIKREAZZJONI GĦALL-FAMILJA FL-IMTARFA

pr2887
Date Icon 27/12/2013

Il-proġett ta’ rikreazzjoni fl-Imtarfa, ingħata spinta f’dawn l-aħħar xhur u issa jinsab lest, kif wiegħed il-Gvern f’Lulju li għadda.

Dan tħabbar mill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura l-Onor. Joe Mizzi, meta llum, żar il-proġett akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru responsabbli mill-implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali, Dr Ian Borg.

Din kienet wegħda elettorali oħra li nżammet minn dan il-Gvern, meta kien wiegħed li se jiġu żviluppati aktar parks b’mod li jkunu attrezzati aktar biex jilqgħu fihom diversi attivitajiet għall-familji.

Il-Ministru Joe Mizzi fakkar li r-residenti tal-Imtarfa qatt ma kellhom proġett bħal dan. Fl-2011 kien tħabbar mill-eks-Segretarju Parlamentari li kien responsabbli mill-Kunsilli Lokali, Chris Said, li se jsir proġett immirat għall-familja kollha, iżda sa ftit xhur ilu kien għadu kollox konkos u ħaxix ħażin.

Il-Ministru rringrazzja lill-ħaddiema kollha li taw is-sehem tagħhom, immexxijin mill-Perit Anne Casha, biex din il-wiegħda tkun tista’ tinżamm u fl-aħħar il-familji f’dan il-lokal ikunu jistgħu igawdu bħal residenti oħrajn.

Dan il-proġett huwa mifrux fuq medda ta’ iktar minn 2,000 metru kwadru u jikkonsisti fi spazji tal-logħob għat-tfal, funtana, kjosk li se jkun imdawwar b’imwejjed u siġġijiet, roqgħat bil-ħamrija fejn tħawlu siġar taż-żebbuġ u bankijiet, fost faċilitajiet oħrajn.

Parti mill-ilma tat-tisqija tal-ġnien se tinġieb minn żewġt iġwibi eżistenti fit-tarf tal-ġnien li tnaddfu apposta u se jaħżnu l-ilma tax-xita mit-toroq ta’ madwar il-ġnien.

Il-proġett se jkun aċċessibbli għal persuni b’diżabilita u se jkun mgħammar ukoll b’CCTV cameras.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow