Tqassim ta’ rigali f’Dar Sant’Anna f’Għawdex
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva l-Onor. Franco Mercieca qassam lbieraħ filgħaxija diversi rigali fl-okkażjoni tal-festa tal-Milied lil għexieren ta’ anzjani residenti f’Dar Sant’Anna, f’Għawdex.
F’kelmtejn tal-okkażjoni Dr Mercieca wassal l-awguri tiegħu lill-anzjani u ħeġġeġ lill-qraba preżenti biex ikomplu jgħożżu lill-ġenituri tagħhom. Dr Mercieca qal li f’dawn iż-żminijiet ta’ festi, huma ħafna l-anzjani li jħossu n-nuqqas tal-qraba tagħhom, l-aktar dawk li għandhom lil uliedhom ‘il bogħod minnhom jew dawk li ma fadlilhom lil ħadd.
Huwa qal li jkun ġest sabiħ ta’ solidarjetà jekk f’dawn iż-żminijiet ta’ festi kull min jista’ jagħmel żjara lil dawn l-anzjani li jinsabu residenti fid-djar tal-anzjani.
Huwa żied jġħid li l-anzjani mhumiex biss prezzjużi għax iħarsu l-istorja, il-kultura u l-memorja ta’ pajjiżna, iżda fuq kollox huma riżorsa kbira li jekk tiġi stimulata b’mod xieraq tista’ tieħu rwol importanti ħafna fis-soċjetà b’mod partikolari fil-familja.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en