TITNIEDA L-ISKEMA TA’ TINDIF TA’ WIDIEN U RDUMIJIET LI JINSABU FI STAT MITLUQ F’GĦAWDEX
“Impenjati bi sħiħ biex inħallu Għawdex ferm aħjar milli sibnih”. Tenna dan il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo waqt li nieda l-iskema ta’ tindif tal-widien u l-irdumijiet f’Għawdex. Dawn il-widien u l-irdum li huma l-ġmiel tagħhom tħallew għal dawn l-aħħar snin fi stat mitluq, saru vittmi tal-illegal dumping u vandaliżmu.
L-ewwel minn dawn ix- xogħlijiet ta’ tindif li qed isir, huwa f’Wied Għasri. Dan huwa wieħed mill- iktar widien sbieħ li hemm f’Għawdex. Ix-xogħol, li kien jikkonsisti fi ġbir ta’ skart li ntefa’ matul is-snin ġewwa u madwar il-wied, qed isir mill-ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex.
Din l-inizjattiva tagħmel parti mill-viżjoni li għandu l-Ministeru għal Għawdex sabiex jagħmel lil Għawdex post iktar attraenti u nadif għall-abitanti tiegħu. Fl-istess ħin dan ser iżid ukoll il-kwalità tat-turist li jżur lil Għawdex.
Filfatt, filwaqt li tkellem mal-ħaddiema li qegħdin jieħdu ħsieb it-tindif ta’ dawn il-pajsaġġi, il-Ministru saħaq kemm hi għal qalbu l-kampanja Għawdxija u tenna l-ħidma tiegħu biex jilħaq il-miri tal-EcoGozo. Il-Ministru Refalo wassal l-messaġġ tiegħu, biex inkunu aħna stess li nagħrfu u napprezzaw il-patriminonju uniku ta’ pajjiżna.
Ta’ min ukoll ifakkar kif ftit tal-ġranet ilu tħabbret ukoll l-iskema tal-field service fejn inħolqot taqsima li se jkollha l-inkarigu li tirraporta ħsarat u skart mitluq illegalment fil-kampanja Għawdxija.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en