Left arrow Mur Lura

‘IX-XOGĦOL LI QED TAGĦMEL IL-FONDAZZJONI VALLETTA 2018 QED IĦALLI L-FROTT’ L-ONOR. JOSÉ HERRERA

pr2872
Date Icon 23/12/2013

Il-Fondazzjoni Valletta 2018, ser tkun qed toffri spettaklu awdjo-viżiv, li dawk kollha li jkunu fil-Belt Kapitali għal żmien il-Milied, kull siegħa permezz ta’ architectural mapping projection fuq il-Palazz tal-President. Dan l-ispettaklu huwa frott ta’ kollaborazzjoni li l-Fondazzjoni mexxiet għal dawn l-aħħar xhur, mal-Istitut tal-Arti u d-Disinn fi ħdan l-MCAST.

Waqt id-diskors tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali faħħar ix-xogħol li qed tagħmel il-Fondazzjoni Valletta 2018. Huwa qal li r-riżultati li qed tikseb il-Fondazzjoni diġà qed jintwera għax anke n-negozju fil-Belt Valletta qed jiżdied. Dan kif ikkonfermat minn stħarriġ riċenti dwar l-andament tan-negozju fil-pajjiż.

L-Onor José Herrera qal li waħda mill-ewwel deċiżjonijiet li ħa l-Ministeru kienet li tindtroduċi l-parteċipazzjoni tal-Kulleġġ MCAST fuq il-bord tal-gvernaturi tal-Fondazzjoni, u din hija deċiżjoni li qed tħalli l-frott, li diġà qed jitgawda. Il-progett 3D fuq il-Palazz tal-President huwa xhieda ta’ dan.

Huwa qal ukoll li l-Ministeru responsabbli mill-Kultura, fl-aħħar budget kellu żieda ta’ €1.5 miljun fil-fondi tiegħu u din hija xhieda tal-fiduċja li qed jagħti l-Gvern lil dan il-qasam tant importanti f’pajjiżna.

Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Valletta 2018 Jason Micallef, waqt konferenza tal-aħbarjiet il-Ħadd filgħaxija, qal li it-triq tal-Belt lejn is-sena 2018, timxi fuq numru ta’ binarji flimkien. Huwa qal li filwaqt li l-Fondazzjoni tara li toħloq l-għodda neċessarja biex tkun tista’ tieħu l-opportunitajiet tas-sena tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura, u taħdem biex il-valuri ta’ dan it-titlu jiġu mwettqa, il-Fondazzjoni għandha l-obbligu ukoll li tkun preżenti fil-ħajja tal-Belt, speċjalment fl-okkażjonijiet importanti. Jason Micallef qal li bl-istess mod li l-Fondazzjoni fil-bidu ta’ Diċembru ramat siġra tal-Milied fi Pjazza De Valette, hekk ukoll dan l-ispettaklu ser isellem lil dawk kollha li jkunu f’Misraħ San Ġorġ, u jgħaddi l-isbaħ xewqat mill-Fondazzjoni. 

Jason Micallef faħħar il-ħidma li wettqu l-istudenti tal-MCAST taħt id-direzzjoni tal-prinċipal Stephen Vella, u l-għalliem Paul Camilleri, li għall-ahhar xhur ħadmu biex tellgħu dan l-ispettaklu tal-ogħla kwalità. Huwa qal l-istudenti ngħataw brief sempliċi, li jinvolvi l-valuri tal-Milied Malti, l-istorja tal-post, u l-kuntest tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura. Huwa innota li r-riżultat li ħarġu bih l-istudenti huwa wieħed eċċellenti. 

Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Valletta 2018 qal li l-Fondazzjoni ser tkun ukoll preżenti għaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ lejliet l-ewwel tas-sena li se ssir fl-istess pjazza, b’kollaborazzjoni mal-istess Fondazzjoni. Dakinhar, l-istess spettaklu jiġi aġġornat għall-okkażjoni, biex b’hekk jingħata bidu kif jixraq għas-sena 2014, li tqarribna dejjem iżjed lejn is-sena 2018.

Is-Sindku tal-Belt Alexiei Dingli laqa’ b’sodisfazzjon dan il-proġett li qed jagħti opportuntajiet importanti lil studenti żgħażagħ tagħna. Huwa rrimarka li għal darboħra l-Belt Valletta qed toffri esperjenza lil dawk li jżuruha fil-jiem tal-Milied. 

Intant il-pubbliku se jkun jista’ jgawdi dan l-ispettaklu ta’ 6 minuti, kull siegħa f’dawn id-dati u ħinijiet:

Il-Ħadd 22 ta’ Diċembru 18:30, 19:30, 20:30, 21:30, 22:30 

It-Tnejn 23 ta' Diċembru 18:30, 19:30, 20:30, 21:30, 22:30 

It-Tlieta 24 ta’ Diċembru 18:30, 19:30, 20:30, 21:30, 22:30, 23:30, 00:30 

L-Erbgħa 25 ta’ Diċembru 18:30, 19:30, 20:30, 21:30, 22:30 

Il-Ħamis 26 ta’ Diċembru 18:30, 19:30, 20:30, 21:30, 22:30 

It-Tlieta 31 ta’ Diċembru 18:30, 19:30, 24:00

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow