Left arrow Mur Lura

TQASSIM TA’ RIGALI FIR-RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL

pr2868
Date Icon 20/12/2013

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, l-Onor. Franco Mercieca dalgħodu qassam rigali lir-residenti f’San Vinċenz de Paul bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi tal-Milied.

F’kelmtejn tal-okkażjoni waqt iż-żjara tiegħu f’din ir-residenza, Dr Mercieca  tkellem dwar il-politika ta’ dan il-Gvern maħsuba li tkompli ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-anzjani f’pajjiżna. Is-Segretarju Parlamenatri ħeġġeġ lill-anzjani biex kemm jista’ jkun jibqgħu attivi anki meta jidħlu f’residenza għall-anzjani. Qal li l-Politika Nazzjonali Strateġika għal Anzjanità Attiva mnedija ftit tal-ġimgħat ilu tħares lejn dan is-settur b’mod ħolistiku u tħeġġeġ diversi inizjattivi biex kull anzjan/a f’pajjiżna, tibqa’ taspira li tilħaq l-għanijiet kollha tagħha.

L-Onor. Segretarju Parlamentari temm jgħid li fil-biċċa l-kbira ħajja itwal iġġib magħha kundizzjonijiet fiżiċi u mentali diffiċli, iżolament u solitudni.

Bil-Politika adottata mill-Gvern preżenti li tirrakkomanda modi ta’ kif nistgħu negħlbu dawn l-ostakli, qed nikkonfermaw li dawk l-aktar vulnerabbli u f’riskju fost il-popolazzjoni anzjana mhumiex jintesew.

Din is-sena l-anzjani residenti fid-djar governattivi kellhom l-opportunità ta’ għażla ferm aktar wiesgħa ta’ rigali minn fejn jagħżlu fosthom ħwejjeġ, fwieħa, kotba u radjijiet.

Fil-preżent hemm ftit anqas minn 1,000 anzjan fid-djar governattivi u madwar 1,200 anzjan/a fir-Residenza San Vinċenz de Paul.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow