LAQGĦA BILATERALI BEJN IL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN DR GEORGE VELLA U D-DEPUTAT MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN RUSSU, ALEKSEY MESHKOV
Dan minbarra l-fakultà li jsiru wkoll visti biex jiġi aċċertat kif ikunu qegħdin jinżammu t-tfal adottati. Il-Ministru Vella spjega li Malta għandha storja pożittiva dwar l-adozzjonijiet tat-tfal għax huwa pajjiż li jħobb ħafna lit-tfal u li l-Gvern irid jaġevola l-adozzjonijiet mir-Russja kif sar sa issa.
Waqt il-laqgħa bilaterali ma’ Mehskov Aleksey, sar qbil li għandha titwaqqaf task force bejn Malta u r-Russja biex fi ħdanha jkunu diskussi materji ta’ natura kummerċjali, politiċi u turistiċi, bejn iż-żewġ pajjiżi.
Sar ukoll diskors fuq is-sitwazzjoni tal-Ukrajna u tal-Moldova u r-relazzjoni tar-Russja mal-Unjoni Ewropea, u l-pajjiżi tal-Eastern Partnership.
Suġġetti oħra li ġew diskussi waqt il-laqgħa kienu s-sitwazzjoni fil-Lvant nofsani, is-sitwazzjoni fil-Libja, fis-Sirja u l-Iran.
Il-Ministru Vella faħħar l-irwol importanti li kellha r-Russja fis-Sirja u fl-Iran u ħeġġeġ lin-naħa Russa li fil-laqgħa li se ssir bejn l-Unjoni Ewropea u r-Russja jfitxxu li jitwaqqfu strutturi li bihom ir-Russja u l-Unjoni Ewropea jippruvaw jaħdmu flimkien biex jinkisbu riżultati bħalma ġara fil-każ tas-Sirja u l-Iran.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en