Left arrow Go Back

STQARRIJA MAĦRUĠA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ĠUSTIZZJA

pr2864
Date Icon 20/12/2013

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja jemmen li l-kundanna li għandu l-poplu għall-aġir tal-Maġistrat Carol Peralta hija sinifikanti ħafna, għaliex il-poplu jippretendi bir-raġun l-aqwa livell ta’ aġir u komportament mill-Ġudikatura.

Issa li l-każ tressaq immedjatament  mill-Gvern quddiem il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja għall-investigazzjoni tagħha, il-poplu qed jistenna eżitu ta’ dan il-każ b’mod spedit.

Il-Gvern ilbieraħ aġixxa mill-ewwel sabiex jesprimi l-kundanna bla riżervi tiegħu għall-aġir tal-Maġistrat Peralta li mhux biss organizza party b’mod xejn dinjituż f’awla ta’ Qorti, iżda saħansitra ordna arrest illegali u abbużiv ta’ ġurnalist.  Il-party ġie organizzat mingħajr il-permess tad-Direttur Ġenerali tal-Qorti u mhu veru xejn li f’din il-leġislatura ġew organizzati parties oħra f’xi awla oħra tal-Qorti.  Din hija gidba sfaċċata.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja jispjega illi lbieraħ waranofsinhar, wara li kien ordna lid-Direttur tal-Qorti (Sezzjoni tal-Kriminali) biex jivverifika personalment il-fatti li kienu waslulu, huwa rċieva telefonata mingħand il-Maġistrat Peralta.  F’taħdita telefonika, is-Segretarju Parlamentari wera d-diżapprovazzjoni assoluta tiegħu b’mod mill-iktar ċar u kategoriku dwar l-ordni ta’ arrest manifestament illegali u abbużiv li ħareġ l-istess Maġistrat fil-konfront ta’ membru tal-media.

Sfortunatament il-Maġistrat assolutament ma riedx jifhem li dak li kien qed jagħmel kien ħażin u baqa’ jippersisti fl-aġir li wassal għall-kundanna tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow