STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI
pr2862
20/12/2013
Resident tal-Faċilità Korretiva ta’ Kordin imut wara li tah ħass ħażin u waqa’ mal-art waqt li kien qiegħed jilgħab futbol fil-grawnd tal-Faċilità.
Immedjatament wara li r-resident tah ħass ħażin, huwa ngħata l-ewwel għajnuna fuq il-post u ġiet amministrata is-CPR mill-infermiera tal-Faċilità ta’ Kordin.
Ir-resident ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn hemmhekk ġie iċċertifikat mejjet.
Il-każ qed jiġi investigat mill-Pulizija, filwaqt li dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.
L-ewwel indikazzjonijiet juru li dan il-każ seħħ minħabba kawżi naturali.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en