Left arrow Go Back

“IL-PICNIC AREAS HUMA L-PULMUN TA’ GŻIRITNA” – IL-MINISTRU LEO BRINCAT

pr2859
Date Icon 20/12/2013

Dalgħodu l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima, Leo Brincat, inawgura picnic area ġdida fi Xrobb l-Għaġin, proġett li qed jitmexxa mill-għaqda ambjentali Nature Trust (Malta).

F’diskors li għamel, il-Ministru Brincat qal li l-picnic areas li għandna f’pajjiżna huma l-pulmun ta’ gżiritna.

Qal li inizjattiva bħal din żgur li sejra tissodisfa l-għatx ta’ ħafna familji Maltin għal spazji ta’ din ix-xorta. Fil-fatt kienu l-familji stess li għamlu talba lill-operaturi tal-Park ta’ Xrobb l-Għaġin biex tittieħed din l-inizjattiva.

Il-Ministru Leo Brincat qal li jinsab sodisfatt li d-Dipartiment tal-Parks, li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu, taw l-appoġġ kollu meħtieġ biex dan il-proġett isir. Fl-istess waqt qal li jinsab kburi li s-settur privat wieġeb b’sens qawwi ta’ impenn permezz ta’ sponsorships li għamlu l-picnic area l-ġdida vijabbli. L-MIA, il-BOV u anke l-SR Environmental Solutions, ilkoll taw il-kontribut tagħhom f’dan il-proġett.

Huwa wiegħed kull appoġġ biex Nature Trust (Malta) twaqqaf picnic areas oħra fl-istess akwati biex b’dan il-mod ikunu jistgħu jilqgħu għad-domanda pubblika, speċjalment fix-xhur tax-Xitwa u tar-Rebbiegħa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow